search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'ikunu' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas ikunu:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 129

 

Artikolu 11

Responsabbiltà tal-kummerċjant

1.   Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.

3.   Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 13

Rimedju għan-nuqqas ta' provvista

1.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:

(a)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

(b)

il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument;

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.


whereas









keyboard_arrow_down