search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'l-artikoli' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index l-artikoli:


whereas l-artikoli:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 491

 

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief meta d-data personali pprovduta mill-konsumatur hija esklussivament ipproċessata mill-kummerċjant għall iskop ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva jew tippermetti lill-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-kummerċjant, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda skop ieħor.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi żviluppat f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.

3.   Bl-eċċezzjoni tal-artikoli 5 u 13, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali.

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li huma inkorporati fl-oġġetti jew interkonnessi magħhom fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 2 u li jiġu pprovduti mal-oġġetti taħt kuntratt ta' bejgħ, li jikkonċerna dawk l-oġġetti, irrispettivament minn jekk tali kontenut diġitali jew servizz diġitali huwiex ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F'każ ta' dubju dwar jekk il-provvista ta' kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt ta' bejgħ.

5.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti li jirrigwardaw:

(a)

il-provvista ta' servizzi għajr servizzi diġitali, irrispettivament minn jekk jintużawx forom jew mezzi diġitali mill-kummerċjant biex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex iwassal jew jittrażmettih lill-konsumatur;

(b)

servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(c)

il-kura tas-saħħa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE;

(d)

is-servizzi tal-logħob tal-azzard, jiġifieri, servizzi li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta' fortuna, inkluż dawk b'element ta' ħila, bħal-lotteriji, il-logħob fil-każinò, il-logħob tal-poker u tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu mħatri, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni u fuq it-talba individwali ta' benefiċjarju ta' tali servizzi;

(e)

servizzi finanzjarji kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/65/KE;

(f)

softwer offrut mill-kummerċjant taħt liċenzja ħielsa u b'sors miftuħ, fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz u d-data personali pprovduta mill-konsumatur tiġi pproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà ta’ dik is-softwer speċifiku;

(g)

il-provvista ta' kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali jkun magħmul disponibbli lill-pubbliku inġenerali għajr permezz tat-trażmissjoni ta' sinjali bħala parti minn spettaklu jew avveniment, bħal projezzjonijiet ċinematografiċi diġitali;

(h)

kontenut diġitali previst f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) minn korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn kuntratt uniku bejn l-istess kummerċjant u l-istess konsumatur jinkludi f'pakkett elementi ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali u elementi tal-provvista ta' servizzi jew oġġetti oħrajn, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-elementi tal-kuntratt li jikkonċernaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

L-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika meta pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jinkludi elementi ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-effetti li t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti jista' jkollha fuq l-elementi tal-pakkett ta' kuntratti għandu jiġi regolat mil-liġi nazzjonali.

7.   Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.

8.   Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personaligħandha tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.

B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, din tal-aħħar għandha tipprevali.

9.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

10.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inkluż il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt dment li dawn mhumiex regolati f'din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.

Artikolu 6

Konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

Il-kummerċjanti għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b'kontenut diġitali jew servizz diġitali li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-artikoli 7, 8 u 9, fejn applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10.

Artikolu 10

Drittijiet ta' partijiet terzi

Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-Artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.

Artikolu 11

Responsabbiltà tal-kummerċjant

1.   Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.

3.   Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 13

Rimedju għan-nuqqas ta' provvista

1.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:

(a)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

(b)

il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument;

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.

Artikolu 19

Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

1.   Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika;

(b)

tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur;

(c)

il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u

(d)

fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4.

2.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu publikati uffiċjalament. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022 bl-eċċezzjoni tal-artikoli 19 u 20 ta’ din id-Direttiva li għandhom japplikaw biss għall-kuntratti konklużi minn dik id-data.


whereas









keyboard_arrow_down