keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 24
- konformità 15
- jkun 13
- għandu 11
- fl-artikolu 10
- għal 10
- nuqqas 8
- jekk 8
- żmien 7
- nazzjonali 7
- perjodu 7
- ikun 6
- jiżguraw 6
- il-kummerċjant 6
- apparenti 6
- jsir 6
- meta 6
- kwalunkwe 6
- is-servizz 6
- għandhom 5
- skont 5
- tal-provi 5
- tal-konsumatur 4
- fir-rigward 4
- responsabbli 4
- pprovdut 4
- il-perjodu 4
- matul 4
- stabbiliti 4
- il-kuntratt 4
- fil-mument 4
- lill-konsumatur 4
- limitazzjoni 4
- il-liġi 4
- soġġetti 4
- provvista 4
- artikolu 4
- membri 4
- tal-kontenut 4
- biss 3
- il-kontenut 3
- mingħajr 3
- tal-provvista 3
- jeżisti 3
- taħt 3
- subparagrafu 3
- l-kontenut 3
- tas-servizz 3
- jiġi 3
- organizzazzjonijiet 3
Artikolu 10
Drittijiet ta' partijiet terzi
Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.
Artikolu 11
Responsabbiltà tal-kummerċjant
1. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.
2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.
3. Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 12
Oneru tal-provi
1. L-oneru tal-provi fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunx ġie pprovdut f'konformità mal-Artikolu 5 għandu jkun fuq il-kummerċjant.
2. Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 11(2), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità fil-mument tal-provvista, għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti fi żmien perjodu ta' sena mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun ġie pprovdut.
3. Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 11(3), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità matul il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut taħt il-kuntratt għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti matul dak il-perjodu.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-kummerċjant juri bil-provi li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżiti b'mod ċar u li jinftiehem qabel ma jkun ġie konkluż il-kuntratt.
5. Il-konsumatur għandu jikkoopera mal-kummerċjant, sa fejn ikun raġonevolment possibbli u neċessarju, biex jiġi aċċertat jekk il-kawża għan-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fil-mument speċifikat fl-artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, kinitx tinsab fl-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu jkun limitat għall-mezzi teknikament disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos milli jikkoopera u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżit b'mod ċar u komprensibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-oneru tal-provi fir-rigward ta'jekk in-nuqqas ta' konformità kienx jeżisti fil-mument speċifikat fl-artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, għandu jkun fuq il-konsumatur.
Artikolu 21
Infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom wieħed jew iktar mill-korpi li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jistgħu jieħdu azzjoni taħt tal-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:
(a) | korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) | organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu fil-ħarsien tal-konsumatur; |
(c) | organizzazzjonijiet professjonali b'interess leġittimu fit-teħid ta' azzjoni; |
(d) | korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif definit fl-artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
whereas