keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 56
- konformità 32
- is-servizz 25
- għandu 19
- żmien 13
- jkun 13
- l-kontenut 13
- għal 12
- mingħajr 11
- il-kummerċjant 10
- il-kontenut 9
- perjodu 9
- ikun 9
- skont 9
- jiġi 9
- l-kuntratt 9
- nuqqas 9
- il-konsumatur 8
- jekk 8
- jkunx 7
- jittermina 7
- mal-paragrafu 7
- kwalunkwe 7
- jsir 6
- fil-prezz 6
- intitolat 6
- pprovdut 6
- lill-konsumatur 6
- stabbiliti 5
- meta 5
- apparenti 5
- biss 5
- ħlas 5
- dwar 5
- il-modifika 4
- in-nuqqas 4
- limitazzjoni 4
- tnaqqis 4
- minn 4
- l-artikolu 4
- sakemm 4
- kien 4
- modifika 4
- soġġetti 4
- fl-artikolu 4
- infurmat 4
- artikolu 4
- tal-kontenut 4
- meta 4
- responsabbli 4
Artikolu 11
Responsabbiltà tal-kummerċjant
1. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.
2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.
3. Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 14
Rimedji għan-nuqqas ta' konformità
1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:
(a) | il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u |
(b) | is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. |
3. Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
4. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) | ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2; |
(b) | il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3; |
(c) | nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità; |
(d) | in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew |
(e) | il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.
Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
6. Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 18
Skadenzi u mezzi ta' rimborż mill-kummerċjant
1. Kwalunkwe rimborż li huwa dovut lill-konsumatur mill-kummerċjant, skont l-Artikolu 14(4) u (5) jew 16(1), minħabba tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt għandu jsir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-kummerċjant jiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jinvoka d-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jwettaq ir-rimborż billi juża l-istess mezz ta' ħlas bħalma uża l-konsumatur biex iħallas għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espressament mod ieħor, u dment li l-konsumatur ma jġarrab l-ebda tariffa bħala riżultat ta' tali rimborż.
3. Il-kummerċjant ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-konsumatur fir-rigward tar-rimborż.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
whereas