keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 32
- għandu 12
- għal 11
- konformità 11
- ikun 11
- kwalunkwe 10
- is-servizz 9
- jiġi 8
- nuqqas 8
- provvista 8
- żmien 8
- jkun 8
- perjodu 8
- il-kummerċjant 7
- il-kuntratt 7
- l-konsumatur 7
- meta 6
- il-kontenut 6
- ġie 5
- stabbiliti 5
- responsabbli 5
- tal-kontenut 5
- skont 5
- konkluż 5
- pprovdut 5
- l-kuntratt 5
- jipprevedi 5
- raġonevolment 4
- soġġetti 4
- jista 4
- fl-artikolu 4
- nazzjonali 4
- apparenti 4
- pubblika 4
- limitazzjoni 4
- biss 4
- tas-servizz 4
- jekk 4
- jsir 4
- mill-kummerċjant 4
- il-liġi 3
- meta 3
- tal-kuntratt 3
- kontenut 3
- lill-konsumatur 3
- tal-aġġornament 3
- kienet 3
- jistenna 3
- il-perjodu 3
- fil-mument 3
Artikolu 7
Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità
Sabiex jikkonforma mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu, b'mod partikolari, fejn applikabbli:
(a) | ikun tad-deskrizzjoni, il-kwantità u l-kwalità, u għandu jkollu funzjonalità, kompatibbiltà, interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt; |
(b) | ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-kummerċjant dwaru sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u f’liema rigward l-kummerċjant ta l-aċċettazzjoni tiegħu; |
(c) | ikun ipprovdut mal-aċċessorji kollha, istruzzjonijiet, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif jirrikjedi l-kuntratt; u |
(d) | ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt. |
Artikolu 8
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:
(a) | ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur; |
(b) | ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:
|
(c) | fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or |
(b) | li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista; |
3. Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
4. Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.
5. Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.
6. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Artikolu 11
Responsabbiltà tal-kummerċjant
1. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.
2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.
3. Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
whereas