search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'jiżguraw' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas jiżguraw:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 192

 

Artikolu 4

Livell ta' armonizzazzjoni

L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.

Artikolu 10

Drittijiet ta' partijiet terzi

Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-Artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.

Artikolu 11

Responsabbiltà tal-kummerċjant

1.   Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.

3.   Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 21

Infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma' din id-Direttiva.

2.   Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom wieħed jew iktar mill-korpi li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jistgħu jieħdu azzjoni taħt tal-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:

(a)

korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu fil-ħarsien tal-konsumatur;

(c)

organizzazzjonijiet professjonali b'interess leġittimu fit-teħid ta' azzjoni;

(d)

korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif definit fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679.


whereas









keyboard_arrow_down