search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT cercato: 'wara' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas wara:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 192

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz online anċillari” tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu ta' żmien definit mix-xandira tagħhom, kif ukoll ta' kull materjal li jkun anċillari għal tali xandira;

(2)

“ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:

(a)

ir-ritrażmissjoni titwettaq minn parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet it-trażmissjoni inizjali jew li taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħha tkun saret tali trażmissjoni inizjali, irrilevanti mill-mod li bih il-parti li twettaq ir-ritrażmissjoni tkun akkwistat is-sinjali li jwasslu l-programm mill-organizzazzjoni tax-xandir għal raġunijiet ta' ritrażmissjoni, u

(b)

meta r-ritrażmissjoni tkun fuq servizz tal-aċċess għall-Internet kif definit fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/2120, din titwettaq f'ambjent immaniġġjat;

(3)

“ambjent immaniġġjat” tfisser ambjent fejn operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni jipprovdi ritrażmissjoni sikura lill-utenti awtorizzati;

(4)

“injezzjoni diretta” tfisser proċess tekniku li permezz tiegħu organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil organizzazzjonijiet li ma jkunux organizzazzjonijiet tax-xandir b'tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku waqt dik it-trażmissjoni.

KAPITOLU II

Servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir

Artikolu 11

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, u d-disponibbiltà lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b'tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f'ħin magħżul individwalment minnhom, li jseħħu waqt il-forniment ta' servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta' tali servizz online, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021 għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 3 mis-7 ta' Ġunju 2023, jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.

L-awtorizzazzjonijiet miksuba għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 8 u li huma fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021, għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 8 mis-7 ta' Ġunju 2025 jekk jiskadu wara dik id-data.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


whereas









keyboard_arrow_down