search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT cercato: 'Ġunju' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas Ġunju:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 137

 

Artikolu 10

Rieżami

1.   Sas-7 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

2.   Għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu fil-ħin l-informazzjoni rilevanti u meħtieġa lill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, u d-disponibbiltà lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b'tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f'ħin magħżul individwalment minnhom, li jseħħu waqt il-forniment ta' servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta' tali servizz online, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021 għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 3 mis-7 ta' Ġunju 2023, jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.

L-awtorizzazzjonijiet miksuba għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 8 u li huma fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021, għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 8 mis-7 ta' Ġunju 2025 jekk jiskadu wara dik id-data.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-7 ta' Ġunju 2021. Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.


whereas









keyboard_arrow_down