search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT cercato: 'inizjali' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz online anċillari” tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu ta' żmien definit mix-xandira tagħhom, kif ukoll ta' kull materjal li jkun anċillari għal tali xandira;

(2)

“ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:

(a)

ir-ritrażmissjoni titwettaq minn parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet it-trażmissjoni inizjali jew li taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħha tkun saret tali trażmissjoni inizjali, irrilevanti mill-mod li bih il-parti li twettaq ir-ritrażmissjoni tkun akkwistat is-sinjali li jwasslu l-programm mill-organizzazzjoni tax-xandir għal raġunijiet ta' ritrażmissjoni, u

(b)

meta r-ritrażmissjoni tkun fuq servizz tal-aċċess għall-Internet kif definit fil-punt (2) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/2120, din titwettaq f'ambjent immaniġġjat;

(3)

“ambjent immaniġġjat” tfisser ambjent fejn operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni jipprovdi ritrażmissjoni sikura lill-utenti awtorizzati;

(4)

“injezzjoni diretta” tfisser proċess tekniku li permezz tiegħu organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil organizzazzjonijiet li ma jkunux organizzazzjonijiet tax-xandir b'tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku waqt dik it-trażmissjoni.

KAPITOLU II

Servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir

Artikolu 7

Trażmissjonijiet mill-ġdid ta' trażmissjoni inizjali li toriġina fl-istess Stat Membru

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-regolif'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III tad-Direttiva 93/83/KEE japplikaw għal sitwazzjonijiet fejn kemm it-trażmissjoni inizjali kif ukoll ir-ritrażmissjoni isiru fit-territorju tagħhom.

KAPITOLU IV

Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE

Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/83/KEE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “ritrasmissjoni bil-cable” tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra permezz ta' sistema tal-cable jew microwave għar-reception mill-pubbliku ta' trasmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor, bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba għal reception mill-pubbliku, irrispettivament mill-mod kif l-operatur ta' servizz ta' ritrasmissjoni bil-cable jikseb is-sinjali li jwasslu l-programmi mill-organizzazzjoni tax-xandir għal finijiet ta' ritrasmissjoni.”


whereas









keyboard_arrow_down