keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- għandhom 8
- Ġunju 5
- fis-seħħ 5
- id-direttiva 4
- membri 4
- ikunu 4
- huma 4
- artikolu 3
- referenza 3
- lill-pubbliku 3
- wara 3
- għall-atti 3
- uffiċjali 2
- servizz 2
- online 2
- fis- ta 2
- soġġetti 2
- għall-artikolu 2
- mis- ta 2
- jekk 2
- minn 2
- jadottaw 2
- meħtieġa 2
- jiskadu 2
- jkunu 2
- fili 2
- id-data 2
- materjal 2
- l-istati 2
- lill-kummissjoni 2
- xogħlijiet 2
- tal-komunikazzjoni 2
- protett 2
- ieħor 2
- mezzi 2
- bil-fili 2
- mingħajr 2
- l-istati 1
- meta 1
- jinfurmaw 1
- immedjatament 1
- sas- ta 1
- dawk 1
- jikkonformaw 1
- il-miżuri 1
- tagħhom 1
- jinkludu 1
- tal-liġi 1
- tal-unjoni 1
- il-Ġurnal 1
Artikolu 11
Dispożizzjoni tranżitorja
Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, u d-disponibbiltà lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b'tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f'ħin magħżul individwalment minnhom, li jseħħu waqt il-forniment ta' servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta' tali servizz online, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021 għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 3 mis-7 ta' Ġunju 2023, jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.
L-awtorizzazzjonijiet miksuba għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 8 u li huma fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2021, għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 8 mis-7 ta' Ġunju 2025 jekk jiskadu wara dik id-data.
Artikolu 12
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-7 ta' Ġunju 2021. Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
whereas