(5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: Artikolu 4 Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej: (1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “(3) | “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5); | (*5) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”;" | (b) | jiddaħħal il-punt li ġej: “(4a) | “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6); | (*6) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" | (c) | il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(5) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li taħtu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi; | (6) | “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li taħtu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur;”; | | (d) | il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(11) | “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); | (*7) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”;" | (e) | jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(16) | “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (17) | “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra; | (18) | “fornitu ta’ suq online” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi suq online lill-konsumaturi; | (19) | “kompaibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (20) | “funzjonaità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/770; | (21) | “interoperabiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770.”; | | | (2) | l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika, taħt il-kundizzjonijiet u sal-punt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz. Hija għandha tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”; | (b) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda fini oħra.”; | (c) | il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(k) | għal servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(n) | għal kwalunkwe oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”; | | | | (3) | fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(e) | flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”; | | (b) | il-punti (g) u (h) huma sostitwit b’dan li ġej: “(g) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (h) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (4) | l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) | l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant; barra minn hekk, fejn il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu; fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi.”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(ea) | fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċess deċiżjonali awtomatizzat;”; | | (iii) | il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(l) | tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”; | | (iv) | il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(r) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (s) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (b) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kummerċjant ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur, mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”; | | (5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
whereas
(25) Jenħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Madankollu, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ ‘suq online’ tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok għal “sit web”, għal software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, skont il-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst fir-Regolament (UE) 2017/2394 u mir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).
- = -
| |