(5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: Artikolu 4 Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej: (1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “(3) | “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5); | (*5) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”;" | (b) | jiddaħħal il-punt li ġej: “(4a) | “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6); | (*6) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" | (c) | il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(5) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li taħtu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi; | (6) | “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li taħtu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur;”; | | (d) | il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(11) | “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); | (*7) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”;" | (e) | jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(16) | “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (17) | “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra; | (18) | “fornitu ta’ suq online” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi suq online lill-konsumaturi; | (19) | “kompaibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (20) | “funzjonaità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/770; | (21) | “interoperabiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770.”; | | | (2) | l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika, taħt il-kundizzjonijiet u sal-punt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz. Hija għandha tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”; | (b) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda fini oħra.”; | (c) | il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(k) | għal servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(n) | għal kwalunkwe oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”; | | | | (3) | fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(e) | flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”; | | (b) | il-punti (g) u (h) huma sostitwit b’dan li ġej: “(g) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (h) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (4) | l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) | l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant; barra minn hekk, fejn il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu; fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi.”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(ea) | fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċess deċiżjonali awtomatizzat;”; | | (iii) | il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(l) | tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”; | | (iv) | il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(r) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (s) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (b) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kummerċjant ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur, mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”; | | (5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online 1. Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati: (a) | informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra; | (b) | jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online; | (c) | fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt; | (d) | fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali. | 2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (6) | fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | (7) | l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ tali kuntratt, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi, rispettivament, fil-punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilit fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-mudell tal-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”; | (b) | il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Fejn konsumatur ikun irid li l-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel talba espressament u għandu jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | | (8) | l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li taħthom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (b) | fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja: “2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, 30 jum minn:”; | | (9) | fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”; | (10) | fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. 5. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut: (a) | ma jkollux utilità lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (b) | huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (c) | ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew | (d) | ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. | 6. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant. 7. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni. 8. F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.”; | (11) | l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi.”; | (b) | fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(i) | il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 14-il jum jew ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”; | | | (12) | l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej: (a) | l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(a) | kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz iżda, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, biss jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”; | | (ii) | il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(m) | kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn: (i) | il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess; | (ii) | il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u | (iii) | il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f’konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”; | | | | (b) | jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz li jqiegħdu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ sakemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur.”; | | (13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 5 Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini li jfittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur jew dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, jibbenefikaw minn punt ta’ aċċess online, permezz tal-gateway diġitali unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)li jippermettilhom: (a) | jaċċessaw informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni b’mod ċar, li jinftiehem u jkun faċilment aċċessibbli; u | (b) | jippreżentaw ilment permezz tal-pjattaforma għar-riżoluzzjoni online għat-tilwim stabbilita taħt ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 u liċ-ċentru kompetenti tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, skont il-partijiet involuti. | Artikolu 6 Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward: (a) | avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u | (b) | każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti. | Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
whereas
(1) L-Artikolu 169(1), u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ ħarsien għall-konsumatur permezz ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
- = -
(11) Kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2017/2394, meta jiġu imposti penali jenħtieġ tingħata konsiderazzjoni dovuta, kif adatt, lin-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-każ ta’ ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta’ penali jenħtieġ tkun proporzjonata u jenħtieġ tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż ma’ salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta. Fl-aħħar nett, il-penali imposti jenħtieġ ikunu adegwati għan-natura u għall-ħsara effettiva jew potenzjali b’mod ġenerali tal-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. Is-setgħa li jiġu imposti penali għandha tiġi eżerċitata jew direttament mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-awtorità tagħhom stess, jew, fejn ikun adatt, bl-assistenza ta’ awtoritajiet kompetenti oħra jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew billi jingħataw istruzzjonijiet lil korpi nominati, jekk applikabbli, jew b’rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa jiġi miċħud.
- = -
(27) Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk parti terza li toffri oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkunx kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni li saret lilhom mill-parti terza. Meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali tiddikjara li l-istatus tagħha mhuwiex ta’ kummerċjant, il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni qasira li turi li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt konkluż. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati dwar kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-partijiet terzi li joffru l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata b’mod ċar u komprensibbli u mhux biss fit-termini u kundizzjonijiet standard jew dokumenti kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri tas-swieq online jkunu proporzjonati. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li fornituri tas-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar in-nonapplikabbiltà tagħhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 6(1) tagħha. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumatur tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-fornituri tas-swieq online u l-kummerċjanti rilevanti ta’ terzi persuni. Il-fornitur tas-suq online jista’ jindika li kummerċjant terz huwa unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur, jew jista’ jiddeskrivi r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu stess fejn dak il-fornitur jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess.
- = -
(41) Il-punt (h) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE jesiġi li l-kummerċjanti jipprovdu lill-konsumaturi bl-informazzjoni prekuntrattwali dwar id-dritt ta’ reċess, inkluż b’mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) ta’ dik id-Direttiva. L-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal aktar rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew żmien limitat biex tintwera l-informazzjoni, bħal bit-telefown, permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen jew b’SMS. L-informazzjoni prekuntrattwali obbligatorja li għandha tiġi pprovduta fuq, jew permezz ta’, dak il-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod tinkludi informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1). Għaldaqstant, hija wkoll tinkludi l-provvediment ta’ mudell ta’ formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B). Madankollu, il-forniment tal-formola ta’ reċess tkun impossibbli meta l-kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, jew permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen u jista’ ma jkunx teknikament fattibbli b’mod faċli għall-utent fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod koperti mill-Artikolu 8(4). Huwa għalhekk xieraq li jiġi eskluż l-għoti tal-mudell ta’ formola standard ta’ reċess mill-informazzjoni li l-kummerċjanti jridu jipprovdu fi kwalunkwe każ fuq jew permezz tal-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat għall-konklużjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 8(4).
- = -
| |