keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- għal 5
- tax-xandir 5
- //kee 5
- tad-direttiva 4
- tas-sinjali 4
- jwasslu 4
- trażmissjoni 4
- l-organizzazzjoni 4
- artikolu 4
- membri 4
- id-direttiva 3
- l-operatur 3
- permezz 3
- l-programmi 3
- l-istati 3
- is-sinjali 3
- jistgħu 3
- lill-pubbliku 3
- inizjali 3
- għandhom 3
- diretta 3
- injezzjoni 3
- fl-artikolu 3
- mid-detenturi 3
- tad-drittijiet 3
- mill-pubbliku 2
- wieħed 2
- programmi 2
- kapitolu 2
- tittrażmetti 2
- mhux 2
- japplikaw 2
- dawk 2
- bejn 2
- stat 2
- jipprevedu 2
- membru 2
- l-awtorizzazzjoni 2
- d-distributur 2
- jkun 2
- msemmija 2
- tas-servizzi 2
- ritrażmissjoni 2
- minn 2
- awtorizzazzjoni 2
- tingħata 1
- għall-eżerċizzju 1
- mill-mezzi 1
- distributuri 1
- tekniċi 1
Artikolu 6
Medjazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli li tintalab l-assistenza ta' medjatur wieħed jew aktar kif previst fl-Artikolu 11 tad-direttiva 93/83/KEE wkoll meta ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim bejn l-organizzazzjoni ta'mmaniġġjar kollettiv u l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni, jew bejn l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u l-organizzazzjoni tax-xandir rigward awtorizzazzjoni għar-ritrażmissjoni ta' xandiriet.
Artikolu 7
Trażmissjonijiet mill-ġdid ta' trażmissjoni inizjali li toriġina fl-istess Stat Membru
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-regolif'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III tad-direttiva 93/83/KEE japplikaw għal sitwazzjonijiet fejn kemm it-trażmissjoni inizjali kif ukoll ir-ritrażmissjoni isiru fit-territorju tagħhom.
KAPITOLU IV
Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta
Artikolu 8
Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta
1. Meta organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti b'injezzjoni diretta s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil distributur tas-sinjali, mingħajr ma l-organizzazzjoni tax-xandir innifisha tittrażmetti simultanjament dawk is-sinjali li jwasslu l-programmi direttament lill-pubbliku, u d-distributur tas-sinjali jittrażmetti dawk is-sinjali li jwasslu l-programm lill-pubbliku, l-organizzazzjoni tax-xandir u d-distributur tas-sinjali għandhom jitqiesu li qed jipparteċipaw f'att ta' komunikazzjoni uniku lill-pubbliku li għalih għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu modalitajiet għall-kisba ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet.
2. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-Artikoli 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva japplikaw mutatis mutandis għall-eżerċizzju mid-detenturi tad-drittijiet tad-dritt biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni għal distributuri tas-sinjali għal trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 1, imwettqa minn wieħed mill-mezzi tekniċi msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-direttiva 93/83/KEE jew il-punt (2) tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 9
Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE
Fl-Artikolu 1 tad-direttiva 93/83/KEE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “ritrasmissjoni bil-cable” tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra permezz ta' sistema tal-cable jew microwave għar-reception mill-pubbliku ta' trasmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor, bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba għal reception mill-pubbliku, irrispettivament mill-mod kif l-operatur ta' servizz ta' ritrasmissjoni bil-cable jikseb is-sinjali li jwasslu l-programmi mill-organizzazzjoni tax-xandir għal finijiet ta' ritrasmissjoni.”
whereas