search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT cercato: 'mid-detenturi' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 4

L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir

1.   Atti ta' ritrażmissjoni ta' programmi għandhom jiġu awtorizzati mid-detenturi tad-dritt esklussiv ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

2.   Meta detentur tad-drittijiet ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, għandha titqies li għandha d-dritt li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni għal dak id-detentur tad-drittijiet.

Madankollu, fejn aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, biex jiddeċiedi liema organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv ikollhom id-dritt li jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-drittijiet ikollu l-istess drittijiet u obbligi li joħorġu minn ftehim bejn operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li jaġixxu skont il-paragrafu 2 jew 3, daqs id-detenturi tad-drittijiet li jkunu taw il-mandat lil dik l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dak id-detentur tad-drittijiet ikun jista' jinvoka dawk id-drittijiet f'perjodu taż-żmien, stabbilit mill-Istat Membru konċernat, li ma jkunx iqsar minn tliet snin mid-data ta' ritrażmissjoni li tinkludi x-xogħol tiegħu jew tagħha jew materjal protett ieħor.

Artikolu 8

Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta

1.   Meta organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti b'injezzjoni diretta s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil distributur tas-sinjali, mingħajr ma l-organizzazzjoni tax-xandir innifisha tittrażmetti simultanjament dawk is-sinjali li jwasslu l-programmi direttament lill-pubbliku, u d-distributur tas-sinjali jittrażmetti dawk is-sinjali li jwasslu l-programm lill-pubbliku, l-organizzazzjoni tax-xandir u d-distributur tas-sinjali għandhom jitqiesu li qed jipparteċipaw f'att ta' komunikazzjoni uniku lill-pubbliku li għalih għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu modalitajiet għall-kisba ta' awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-Artikoli 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva japplikaw mutatis mutandis għall-eżerċizzju mid-detenturi tad-drittijiet tad-dritt biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-awtorizzazzjoni għal distributuri tas-sinjali għal trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 1, imwettqa minn wieħed mill-mezzi tekniċi msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/83/KEE jew il-punt (2) tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali


whereas









keyboard_arrow_down