keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tax-xandir 14
- ritrażmissjoni 14
- għal 13
- tad-drittijiet 11
- online 9
- minn 9
- organizzazzjoni 8
- membru 8
- programmi 8
- kollettiv 7
- inizjali 7
- servizz 7
- tal-immaniġġjar 7
- ieħor 7
- għandhom 7
- materjal 6
- tagħha 6
- trażmissjoni 5
- tar-radju 5
- mhux 5
- anċillari 5
- fejn 5
- tkun 5
- artikolu 5
- tfisser 5
- tat-televiżjoni 5
- organizzazzjonijiet 5
- protett 5
- membri 5
- ir-ritrażmissjoni 4
- jiżguraw 4
- inkluż 4
- bil-fili 4
- jwasslu 4
- biex 4
- dawk 4
- permezz 4
- tiegħu 4
- //kee 4
- xogħlijiet 4
- l-organizzazzjoni 4
- ukoll 4
- lill-pubbliku 4
- jikseb 3
- jkunu 3
- tal-organizzazzjoni 3
- għandu 3
- fit-territorju 3
- tal-programmi 3
- l-awtorizzazzjoni 3
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “servizz online anċillari” tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu ta' żmien definit mix-xandira tagħhom, kif ukoll ta' kull materjal li jkun anċillari għal tali xandira; |
(2) | “ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:
|
(3) | “ambjent immaniġġjat” tfisser ambjent fejn operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni jipprovdi ritrażmissjoni sikura lill-utenti awtorizzati; |
(4) | “injezzjoni diretta” tfisser proċess tekniku li permezz tiegħu organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil organizzazzjonijiet li ma jkunux organizzazzjonijiet tax-xandir b'tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku waqt dik it-trażmissjoni. |
KAPITOLU II
Servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir
Artikolu 3
L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-“pajjiż tal-oriġini” għas-servizzi online anċillari
1. L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, u tad-disponibbiltà lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b'tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f'ħin magħżul individwalment minnhom, li jseħħu waqt il-forniment lill-pubbliku:
(a) | programmi tar-radju, u |
(b) | programmi tat-televiżjoni li huma:
|
fil-każ ta' servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħha, kif ukoll fil-każ tal-atti tar-riproduzzjoni ta' tali xogħlijiet jew materjal protett ieħor li huma meħtieġa għall-forniment ta' tali servizz online, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu għall-istess programmi, għandhom jitqiesu, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawk l-atti, li qed iseħħu biss fl-Istat membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal xandiriet ta' avvenimenti u xogħlijiet sportivi u materjal protett ieħor inkluż fihom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-iffissar tal-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet li għalihom japplika l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari, bħal karatteristiċi tas-servizz, inkluż it-tul ta' żmien tad-disponibbiltà online tal-programmi pprovduti f'dak is-servizz, l-udjenza, u l-verżjonijiet lingwistiċi pprovduti.
L-ewwel subparagrafu m'għandux jipprekludi il-kalkolu tal-ammont tal-ħlasijiet, fuq il-bażi tad-dħul tal-organizzazzjoni tax-xandir.
3. Il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali tad-detenturi tad-drittijiet u tal-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jaqblu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jillimitaw l-isfruttament ta' dawk id-drittijiet, inklużi dawk stabbiliti fid-Direttiva 2001/29/KE.
KAPITOLU III
Ritrażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju
Artikolu 4
L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir
1. Atti ta' ritrażmissjoni ta' programmi għandhom jiġu awtorizzati mid-detenturi tad-dritt esklussiv ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
2. Meta detentur tad-drittijiet ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat membru li għalih l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, għandha titqies li għandha d-dritt li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni għal dak id-detentur tad-drittijiet.
Madankollu, fejn aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat membru, għandu jitħalla f'idejn l-Istat membru li għat-territorju tiegħu l-operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, biex jiddeċiedi liema organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv ikollhom id-dritt li jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-drittijiet ikollu l-istess drittijiet u obbligi li joħorġu minn ftehim bejn operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li jaġixxu skont il-paragrafu 2 jew 3, daqs id-detenturi tad-drittijiet li jkunu taw il-mandat lil dik l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dak id-detentur tad-drittijiet ikun jista' jinvoka dawk id-drittijiet f'perjodu taż-żmien, stabbilit mill-Istat membru konċernat, li ma jkunx iqsar minn tliet snin mid-data ta' ritrażmissjoni li tinkludi x-xogħol tiegħu jew tagħha jew materjal protett ieħor.
Artikolu 7
Trażmissjonijiet mill-ġdid ta' trażmissjoni inizjali li toriġina fl-istess Stat membru
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-regolif'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III tad-Direttiva 93/83/KEE japplikaw għal sitwazzjonijiet fejn kemm it-trażmissjoni inizjali kif ukoll ir-ritrażmissjoni isiru fit-territorju tagħhom.
KAPITOLU IV
Trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta
Artikolu 9
Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE
Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/83/KEE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “ritrasmissjoni bil-cable” tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra permezz ta' sistema tal-cable jew microwave għar-reception mill-pubbliku ta' trasmissjoni inizjali minn Stat membru ieħor, bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba għal reception mill-pubbliku, irrispettivament mill-mod kif l-operatur ta' servizz ta' ritrasmissjoni bil-cable jikseb is-sinjali li jwasslu l-programmi mill-organizzazzjoni tax-xandir għal finijiet ta' ritrasmissjoni.”
whereas