keyboard_tab Digital Service Act 2022/2065 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
- Artikolu 3 Definizzjonijiet
- Artikolu 4 "Sempliċi conduit"
- Artikolu 5 ‘Caching’
- Artikolu 6 Hosting
- Artikolu 7 Investigazzjonijiet volontarji fuq inizjattiva proprja u konformità legali
- Artikolu 8 L-ebda obbligu ta' monitoraġġ ġenerali jew ta' tiftix attiv tal-fatti
- Artikolu 9 Ordnijiet għal azzjoni kontra kontenut illegali
- Artikolu 10 Ordnijiet għall-għoti ta' informazzjoni
- Artikolu 11 Punti ta' kuntatt għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bord
- Artikolu 12 Punti ta' kuntatt għar-riċevituri tas-servizzi
- Artikolu 13 Rappreżentanti legali
- Artikolu 14 Termini u kondizzjonijiet
- Artikolu 15 Obbligi ta' rappurtar ta' trasparenza għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji
- Artikolu 16 Mekkaniżmi ta' avviż u azzjoni
- Artikolu 17 Dikjarazzjoni tar-raġunijiet
- Artikolu 18 Notifika ta' suspetti ta' reati kriminali
- Artikolu 19 Esklużjoni għall-intrapriżi mikro u żgħar
- Artikolu 20 Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti
- Artikolu 21 Soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti
- Artikolu 22 Sinjalaturi fdati
- Artikolu 23 Miżuri u protezzjoni kontra l-użu ħażin
- Artikolu 24 Obbligi ta' rappurtar ta' trasparenza għall-fornituri ta’ pjattaformi online
- Artikolu 25 Disinn u organizzazzjoni ta' interfaċċi online
- Artikolu 26 Reklamar fuq pjattaformi online
- Artikolu 27 Trasparenza tas-sistemi ta' rakkomandazzjoni
- Artikolu 28 Protezzjoni tal-minorenni online
- Artikolu 29 Esklużjoni għall-intrapriżi mikro u żgħar
- Artikolu 30 Traċċabbiltà tal-kummerċjanti
- Artikolu 31 Konformità sa mit-tfassil
- Artikolu 32 Dritt għall-informazzjoni
- Artikolu 33 Pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix online kbar ħafna
- Artikolu 34 Valutazzjoni tar-riskju
- Artikolu 35 Mitigazzjoni tar-riskji
- Artikolu 36 Mekkaniżmu ta' rispons għall-kriżijiet
- Artikolu 37 Awditu indipendenti
- Artikolu 38 Sistemi ta' rakkomandazzjoni
- Artikolu 39 Trasparenza addizzjonali fir-reklamar online
- Artikolu 40 Aċċess u skrutinju tad-data
- Artikolu 41 Funzjoni ta' verifika tal-konformità
- Artikolu 42 Obbligi ta' rappurtar ta' trasparenza
- Artikolu 43 Tariffa superviżorja
- Artikolu 44 Standards
- Artikolu 45 Kodiċijiet ta' kondotta
- Artikolu 46 Kodiċijiet ta' kondotta għar-reklamar online
- Artikolu 47 Kodiċijiet ta' kondotta għall-aċċessibbiltà
- Artikolu 48 Protokolli ta' kriżi
- Artikolu 49 Awtoritajiet kompetenti u Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali
- Artikolu 50 Rekwiżiti għall-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali
- Artikolu 51 Setgħat tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali
- Artikolu 52 Penali
- Artikolu 53 Dritt li jitressaq ilment
- Artikolu 54 Kumpens
- Artikolu 55 Rapporti dwar l-attività
- Artikolu 56 Kompetenzi
- Artikolu 57 Assistenza reċiproka
- Artikolu 58 Kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali
- Artikolu 59 Riferiment lill-Kummissjoni
- Artikolu 60 Investigazzjonijiet konġunti
- Artikolu 61 Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali
- Artikolu 62 Struttura tal-Bord
- Artikolu 63 Kompiti tal-Bord
- Artikolu 64 Żvilupp tal-għarfien espert u l-kapaċitajiet
- Artikolu 65 Infurzar tal-obbligi tal-fornituri ta' pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix online kbar ħafna
- Artikolu 66 Bidu ta' proċedimenti mill-Kummissjoni u kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet
- Artikolu 67 Talbiet għal informazzjoni
- Artikolu 68 Setgħa li jsiru intervisti u dikjarazzjonijiet
- Artikolu 69 Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
- Artikolu 70 Miżuri interim
- Artikolu 71 Impenji
- Artikolu 72 Kumitat ta' Monitoraġġ
- Artikolu 73 Nuqqas ta' konformità
- Artikolu 74 Multi
- Artikolu 75 Superviżjoni msaħħa ta' rimedji intiżi biex jindirizzaw ksur tal-obbligi previsti fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu III
- Artikolu 76 Pagamenti perjodiċi ta' penali
- Artikolu 77 Perjodi ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta' penali
- Artikolu 78 Perjodi ta' preskrizzjoni għall-infurzar ta' penali
- Artikolu 79 Dritt ta' smigħ u ta' aċċess għall-fajl
- Artikolu 80 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
- Artikolu 81 Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
- Artikolu 82 Talbiet għal restrizzjonijiet tal-aċċess u kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
- Artikolu 83 Atti ta' implimentazzjoni relatati mal-intervent tal-Kummissjoni
- Artikolu 84 Segretezza professjonali
- Artikolu 85 Sistemi ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni
- Artikolu 86 Rappreżentanza
- Artikolu 87 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 88 Proċedura ta’ kumitat
- Artikolu 89 Emenda għad-Direttiva 2000/31/KE
- Artikolu 90 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
- Artikolu 91 Reviżjoni
- Artikolu 92 Applikazzjoni antiċipata ta’ fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u ta’ magni tat-tiftix online kbar ħafna
- Artikolu 93 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
RESPONSABBILTÀ TAL-FORNITURI TAS-SERVIZZI INTERMEDJARJI
KAPITOLU III
OBBLIGI TAD-DILIĠENZA DOVUTA GĦAL AMBJENT ONLINE TRASPARENTI U SIKUR
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-fornituri kollha ta' servizzi intermedjarji
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, inklużi l- pjattaformi online
TAQSIMA 3
Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal fornituri ta' pjattaformi online
TAQSIMA 4
Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għall-fornituri ta' pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti
TAQSIMA 5
Obbligi addizzjonali fuq il-fornituri ta' pjattaformi online kbar ħafna u ta’ magni tat-tiftix online kbar ħafna għall-ġestjoni tar-riskji sistemiċi
TAQSIMA 6
Dispożizzjonijiet oħra dwar l-obbligi ta' diliġenza dovuta
KAPITOLU IV
IMPLIMENTAZZJONI, KOOPERAZZJONI, PENALI U INFURZAR
TAQSIMA 1
Awtoritajiet kompetenti u Koordinaturi nazzjonali tas-Servizzi Diġitali
TAQSIMA 2
Kompetenzi, investigazzjoni koordinata u mekkaniżmi ta' konsistenza
TAQSIMA 3
Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali
TAQSIMA 4
Superviżjoni, investigazzjoni, infurzar u monitoraġġ fir-rigward tal-fornituri ta' pjattaformi online kbar ħafna u ta' magni tat-tiftix online kbar ħafna
TAQSIMA 5
Dispożizzjonijiet komuni dwar l-infurzar
TAQSIMA 6
Atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tat-tilwim 31
- barra 27
- mill-qorti 27
- għas-soluzzjoni 25
- online 13
- għandhom 11
- jkunu 10
- inkluż 10
- diġitali 9
- tas-servizzi 9
- il-korp 8
- tas-servizz 8
- għandu 8
- il-korpi 7
- jkun 6
- subparagrafu 6
- konformità 6
- dwar 6
- tagħhom 6
- biex 6
- pjattaformi 6
- tiegħu 6
- tkun 5
- kwalunkwe 5
- soluzzjoni 5
- dawk 5
- ikun 5
- għal 4
- informazzjoni 4
- pjattaforma 4
- l-korp 4
- aċċessibbli 4
- kull 4
- faċilment 4
- ċċertifikati 4
- mal-paragrafu 4
- il-funzjonament 4
- għat-tilwim 4
- ssottomettew 4
- l-artikolu 4
- applikabbli 4
- t-tilwima 4
- ir-riċevitur 4
- favur 3
- il-koordinatur 3
- jekk 3
- ta’ 3
- raġonevoli 3
- meta 3
- jista 3
Artikolu 21
Soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti
1. Ir-riċevituri tas-servizz, inklużi individwi jew entitajiet li jkunu ssottomettew avviżi, indirizzati bid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1), għandhom ikunu intitolati li jagħżlu kwalunkwe korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkun ġie ċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu sabiex isolvu tilwim relatat ma' dawk id-deċiżjonijiet, inkluż ilmenti li ma ssolvewx bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija f'dak l-Artikolu.
Il-fornituri ta' pjattaformi online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-possibbiltà tar-riċevituri tas-servizz li jkollhom aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tkun aċċessibbli faċilment fuq l-interfaċċa online tagħhom, ċara u faċli biex tintuża.
L-ewwel subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tar-riċevitur tas-servizz ikkonċernat li jiftaħ proċedimenti biex jikkontesta d-deċiżjonijiet tal-fornituri ta' pjattaformi online quddiem qorti f'konformità mal-liġi applikabbli.
2. Iż-żewġ partijiet għandhom jiddjalogaw, in bona fide, mal-korp ċertifikat magħżul għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti bil-għan li tissolva t-tilwima.
Il-fornituri ta’ pjattaformi online jistgħu jirrifjutaw li jiġu involuti ma’ tali korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jekk t-tilwima li tikkonċerna l-istess informazzjoni u l-istess raġunijiet ta' illegalità jew inkompatibbiltà allegata tal-kontenut tkun diġà ġiet solvuta.
Il-korp iċċertifikat għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ma għandux ikollu s-setgħa li jimponi soluzzjoni tat-tilwim vinkolanti fuq il-partijiet.
3. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandu, għal perjodu massimu ta' ħames snin li jista' jiġġedded, jiċċertifika l-korp, fuq talba tiegħu, meta l-korp ikun wera li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) | ikun imparzjali u indipendenti, inkluż finanzjarjament indipendenti, mill-fornituri ta' pjattaformi online u mir-riċevituri tas-servizz ipprovdut mill-fornituri ta' pjattaformi online, inkluż minn individwi jew entitajiet li jkunu ssottomettew avviżi; |
(b) | ikollu l-għarfien espert meħtieġ rigward il-kwistjonijiet li jinqalgħu f'qasam partikolari wieħed jew aktar ta' kontenut illegali, jew b'rabta mal-applikazzjoni u l-infurzar tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' tip wieħed jew aktar ta' pjattaformi online, li jippermettu lill-korp jikkontribwixxi b'mod effettiv għas-soluzzjoni ta' tilwima; |
(c) | il-membri tiegħu jitħallsu b'mod li ma jkunx marbut mal-eżitu tal-proċedura; |
(d) | is-soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti tkun aċċessibbli faċilment permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni elettronika u tipprevedi l-possibbiltà li t-talba ta' soluzzjoni għat-tilwim u d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa jitressqu online; |
(e) | ikun kapaċi jsolvi t-tilwim b'mod rapidu, effiċjenti u kosteffettiv u b'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
(f) | is-soluzzjoni għat-tilwim barra mill-qorti ssir f'konformità ma' regoli ta' proċedura ċari u ġusti li jkunu aċċessibbli faċilment u pubblikament, u li jikkonformaw mal-liġi applikabbli, inkluż dan l-Artikolu. |
Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu, meta applikabbli, jispeċifika fiċ-ċertifikat:
(a) | il-kwistjonijiet partikolari li magħhom jirrelata l-għarfien espert tal-korp, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu; u |
(b) | il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li bihom il-korp kapaċi jsolvi t-tilwim, kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu. |
4. Korpi ċċertifikati għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jirrapportaw lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jkun iċċertifikahom, fuq bażi annwali, dwar il-funzjonament tagħhom, filwaqt li jispeċifikaw mill-inqas l-għadd ta' tilwimiet li jkunu rċevew, informazzjoni dwar l-eżiti ta' dak it-tilwim, il-medja ta' żmien meħuda biex jissolvew u kwalunkwe nuqqas jew diffikultà li jkunu sabu. Huma għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali fuq talba ta' dak il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali.
Kull sentejn, il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom ifasslu rapport dwar il-funzjonament tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ċċertifikati minnhom. Dak ir-rapport għandu, b'mod partikolari:
(a) | jelenka l-għadd ta' tilwimiet li kull korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ċċertifikat ikun irċieva kull sena; |
(b) | tindika r-riżultati tal-proċeduri miġjuba quddiem dawk il-korpi u l-medja ta' żmien meħud biex jissolva t-tilwim; |
(c) | jidentifika u jispjega kwalunkwe nuqqas jew diffikultà li jkunu sabu mil-lat sistematiku jew settorjali fir-rigward tal-funzjonament ta' dawk il-korpi; |
(d) | jidentifika l-aħjar prattiki li jikkonċernaw dak il-funzjonament; |
(e) | jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jittejjeb dak il-funzjonament, fejn xieraq. |
Korpi ċċertifikati għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom iqiegħdu d-deċiżjonijiet tagħhom għad-dispożizzjoni tal-partijiet f'perjodu raġonevoli u mhux aktar tard minn 90 jum tal-kalendarju wara l-wasla tal-ilment. Fil-każ ta' tilwimiet kumplessi ħafna, il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ċċertifikat jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, jestendi l-perjodu ta' 90 jum tal-kalendarju, għal perjodu addizzjonali li ma għandu jeċċedi 90 jum, li jirriżulta f’ massimu ta' 180 jum.
5. Jekk il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jiddeċiedi t-tilwima favur ir-riċevitur tas-servizz, inkluż favur l-individwu jew l-entità li jkunu ssottomettew avviż, il-fornitur ta’ pjattaforma online għandu jħallas it-tariffi kollha mitluba mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti, u jirrimborża lil dak ir-riċevitur, inkluż l-individwu jew l-entità, għal kwalunkwe spiża raġonevoli oħra li jkun ħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim. Jekk il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti jiddeċiedi t-tilwima favur il-fornitur ta' pjattaforma online, ir-riċevitur tas-servizz, inkluż l-individwu jew l-entità, ma għandux jintalab jirrimborża xi tariffa jew spiża oħra li l-fornitur ta' pjattaforma online ikun ħallas jew għandu jħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwim, sakemm il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ma jsibx li dak ir-riċevitur jkun aġixxa manifestament in mala fide.
It-tariffi imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti lill-fornituri tal-pjattaformi online għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ikunu raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż imġarrba mill-korp. Għar-riċevituri tas-servizz, is-soluzzjoni tat-tilwim għandha tkun disponibbli bla ħlas jew b’tariffa nominali.
Il-korpi ċċertifikati għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandhom jgħarrfu t-tariffi, jew il-mekkaniżmi użati biex jiddeterminaw it-tariffi, lir-riċevitur tas-servizz, inkluż lill-individwi jew lill-entitajiet li jkunu ssottomettew avviż, u lill-fornitur ta’ pjattaforma online kkonċernata qabel ma jinvolvu ruħhom fis-soluzzjoni tat-tilwim.
6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għall-finijiet tal-paragrafu 1 jew jappoġġaw l-attivitajiet ta' wħud mill-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkunu ċċertifikaw, jew kollha kemm huma, f'konformità mal-paragrafu 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull attività tagħhom imwettqa skont l-ewwel subparagrafu ma taffettwax il-kapaċità tal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali tagħhom li jiċċertifikaw il-korpi kkonċernati f'konformità mal-paragrafu 3.
7. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali li jkun iċċertifika l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti għandu jirrevoka dik iċ-ċertifikazzjoni jekk, wara investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew abbażi ta' informazzjoni mingħand partijiet terzi, jiddetermina li l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3. Qabel jirrevoka dik iċ-ċertifikazzjoni, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għandu jagħti l-opportunità lil dak il-korp biex jirreaġixxi għall-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tiegħu u l-intenzjoni tiegħu li jirrevoka ċ-ċertifikazzjoni tal-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti.
8. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jkunu ċċertifikaw f'konformità mal-paragrafu 3, inkluż, meta applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dak il-paragrafu, kif ukoll il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li ċ-ċertifikazzjoni tagħhom tkun ġiet irrevokata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawk il-korpi, inkluż dawk l-ispeċifikazzjonijiet, fuq sit web apposta li jkun faċilment aċċessibbli, u żżommha aġġornata.
9. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2013/11/UE u l-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u l-entitajiet għall-konsumaturi stabbiliti skont dik id-Direttiva.
whereas