keyboard_tab Digital Market Act 2022/1925 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- Artikolu 3 Deżinjazzjoni tal-gwardjani
- Artikolu 4 Rieżami tal-istatus tal-gwardjan
- Artikolu 5 Obbligi għall-gwardjani
- Artikolu 6 Obbligi għall-gwardjani li huma suxxettibbli li jiġu speċifikati aktar skont l-Artikolu 8
- Artikolu 7 Obbligu għall-gwardjani dwar l-interoperabbiltà tas-servizzi ta’ komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numri
- Artikolu 8 Konformità mal-obbligi għall-gwardjani
- Artikolu 9 Sospensjoni
- Artikolu 10 Eżenzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u sigurtà pubblika
- Artikolu 11 Rappurtar
- Artikolu 12 Aġġornament tal-obbligi għall-gwardjani
- Artikolu 13 Antiċirkomvenzjoni
- Artikolu 14 Obbligu tal-għoti ta’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet
- Artikolu 15 Obbligu ta’ awditu
- Artikolu 16 Ftuħ ta’ investigazzjoni tas-suq
- Artikolu 17 Investigazzjoni tas-suq għad-deżinjazzjoni tal-gwardjani
- Artikolu 18 Investigazzjoni tas-suq dwar nonkonformità sistematika
- Artikolu 19 Investigazzjoni tas-suq dwar servizzi ġodda u prattiki ġodda
- Artikolu 20 Ftuħ ta’ proċedimenti
- Artikolu 21 Talbiet għall-informazzjoni
- Artikolu 22 Setgħa biex isiru intervisti u jittieħdu dikjarazzjonijiet
- Artikolu 23 Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
- Artikolu 24 Miżuri interim
- Artikolu 25 Impenji
- Artikolu 26 Monitoraġġ ta’ obbligi u miżuri
- Artikolu 27 Informazzjoni minn partijiet terzi
- Artikolu 28 Funzjoni ta’ verifika tal-konformità
- Artikolu 29 Nonkonformità
- Artikolu 30 Multi
- Artikolu 31 Pagamenti perjodiċi ta’ penali
- Artikolu 32 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
- Artikolu 33 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali
- Artikolu 34 Dritt ta’ smigħ u ta’ aċċess għall-fajl
- Artikolu 35 Rappurtar annwali
- Artikolu 36 Segretezza professjonali
- Artikolu 37 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali
- Artikolu 38 Kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni
- Artikolu 39 Kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali
- Artikolu 40 Il-grupp ta’ livell għoli
- Artikolu 41 Talba għal investigazzjoni tas-suq
- Artikolu 42 Azzjonijiet rappreżentattivi
- Artikolu 43 Rappurtar ta’ ksur u protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw
- Artikolu 44 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
- Artikolu 45 Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
- Artikolu 46 Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni
- Artikolu 47 Linji Gwida
- Artikolu 48 Standardizzazzjoni
- Artikolu 49 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 50 Proċedura ta’ Kumitat
- Artikolu 51 Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/1937
- Artikolu 52 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
- Artikolu 53 Rieżami
- Artikolu 54 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II
GWARDJANI
KAPITOLU III
PRATTIKI TA’ GWARDJANI LI JILLIMITAW IL-KONTESTABBILTÀ JEW LI HUMA INĠUSTI
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI TAS-SUQ
KAPITOLI V
SETGĦAT INVESTIGATTIVI, TA’ INFURZAR U TA’ MONITORAĠĠ
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 25
- nazzjonali 11
- membru 10
- għandha 9
- msemmija 8
- kwalunkwe 7
- kompetenti 7
- fl-artikolu 7
- tal-istat 7
- tinforza 7
- l-ispezzjoni 7
- oħra 7
- r-regoli 7
- l-awtorità 7
- impriżi 7
- awtorizzati 6
- il-kummissjoni 6
- għal 6
- dwar 5
- tal-kummissjoni 5
- tiegħu 5
- fit-territorju 5
- tista’ 5
- mill-kummissjoni 5
- tal-ispezzjoni 5
- spezzjoni 5
- għandhom 5
- l-artikolu 5
- skont 5
- permezz 4
- titwettaq 4
- rekords 4
- persuni 4
- biex 4
- jakkumpanjawhom 4
- ġudizzjarja 4
- tkun 4
- tagħha 4
- maħtura 4
- l-assistenza 3
- ukoll 3
- minn 3
- titlob 3
- fejn 3
- mezz 3
- jistgħu 3
- previsti 3
- l-ispezzjonijiet 3
- tagħhom 3
- twettaq 3
Artikolu 23
Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
1. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi.
2. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom is-setgħa li:
(a) | jidħlu fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi; |
(b) | jeżaminaw il-kotba u rekords oħra marbuta man-negozju, irrispettivament mill-mezz li fih kienu maħżuna; |
(c) | jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji ta’ jew siltiet minn tali kotba jew rekords; |
(d) | jirrikjedu li l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi tipprovdi aċċess għall-organizzazzjoni, il-funzjonament, is-sistema tal-IT, l-algoritmi, it-trattament tad-data u l-prattiki kummerċjali tagħha u spjegazzjoni dwarhom u li jirreġistraw jew jiddokumentaw l-ispjegazzjonijiet mogħtija permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku; |
(e) | jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew rekords għall-perjodu ta’ żmien tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ; |
(f) | jistaqsu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet ta’ fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u mal-għan tal-ispezzjoni u li jirrekordjaw it-tweġibiet permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku. |
3. Biex twettaq l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza ta’ awdituri jew esperti maħtura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26(2), kif ukoll l-assistenza tal-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni.
4. Waqt l-ispezzjonijiet il-Kummissjoni, l-awdituri jew l-esperti maħtura minnha u l-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, jistgħu jirrikjedu li l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi tipprovdi aċċess għall-organizzazzjoni, il-funzjonament, is-sistema tal-IT, l-algoritmi, it-trattament tad-data u l-imġiba fin-negozju tagħha u spjegazzjonijiet dwarhom. Il-Kummissjoni u l-awdituri jew l-esperti maħtura minnha u l-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni jistgħu jindirizzaw mistoqsijiet lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal.
5. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u l-multi previsti mill-Artikolu 30 applikabbli f’każ li l-produzzjoni tal-kotba jew rekords oħra meħtieġa relatati man-negozju ma jkunux kompluti jew fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet skont il-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux korretti jew ikunu qarrieqa. F’ħin biżżejjed qabel l-ispezzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat avviż dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun ser isseħħ.
6. L-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jeħtieġ jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data meta din għandha tibda u tindika l-multi u l-penali perjodiċi ta’ pagamenti previsti fl-Artikoli 30 u 31 rispettivament, kif ukoll id-dritt li dik id-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja.
7. Il-persuni awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti nazzjonali li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), u l-uffiċjali tagħhom, tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, għandhom, fuq talba ta’ dik l-awtorità jew tal-Kummissjoni, jgħinu b’mod attiv lill-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, għandhom jingħataw is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
8. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni isibu li impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħtihom l-għajnuna neċessarja, u jirrikjedi, fejn xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom.
9. Jekk, skont ir-regoli nazzjonali, l-assistenza prevista fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja, il-Kummissjoni jew l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) jew l-uffiċjali awtorizzati minn dawk l-awtoritajiet għandhom japplikaw għaliha. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
10. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Fil-kontroll tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat Membru għal spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet li jkollha l-Kummissjoni biex tissuspetta ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll dwar is-serjetà tal-ksur suspettat u dwar in-natura tal-involviment tal-impriża kkonċernata. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma tistax tqajjem dubji dwar il-ħtieġa li ssir spezzjoni u lanqas ma tista’ titlob li tingħata l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss.
whereas