keyboard_tab Digital Market Act 2022/1925 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 2 Artikolu 23 Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
- 1 Artikolu 30 Multi
- 1 Artikolu 38 Kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II
GWARDJANI
KAPITOLU III
PRATTIKI TA’ GWARDJANI LI JILLIMITAW IL-KONTESTABBILTÀ JEW LI HUMA INĠUSTI
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI TAS-SUQ
KAPITOLI V
SETGĦAT INVESTIGATTIVI, TA’ INFURZAR U TA’ MONITORAĠĠ
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 162
- skont 51
- fl-artikolu 38
- għandha 33
- tfisser 33
- nazzjonali 31
- kwalunkwe 30
- l-artikolu 29
- msemmija 26
- servizzi 26
- kompetenti 21
- informazzjoni 21
- minn 21
- għal 20
- membru 20
- il-kummissjoni 20
- dwar 20
- biex 18
- tista’ 18
- tagħha 17
- pjattaforma 16
- lill-kummissjoni 16
- impriżi 14
- tkun 14
- r-regoli 14
- tinforza 14
- servizz 13
- ir-regolament 13
- online 13
- membri 13
- l-awtorità 12
- l-artikolu 12
- impriża 12
- milli 12
- mhux 11
- permezz 11
- jonqsu 11
- mill-kummissjoni 11
- tal-istat 11
- investigazzjoni 11
- oħra 11
- ir-regoli 10
- definit 10
- għandu 10
- inkluż 10
- tiegħu 10
- jipprovdu 10
- tal-istati 9
- żmien 9
- għandhom 9
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “gwardjan” tfisser impriża li tipprovdi servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, ddeżinjata skont l-Artikolu 3; |
(2) | “servizz ewlieni ta’ pjattaforma” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(3) | “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser kwalunkwe servizz kif definit fl-Artikolu 1(1), punt (b), tad-Direttiva (UE) 2015/1535; |
(4) | “settur diġitali” tfisser is-settur tal-prodotti u s-servizzi pprovduti permezz ta’, jew permezz ta’, servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni; |
(5) | “servizzi ta’ intermedjazzjoni online” tfisser servizzi ta’ intermedjazzjoni online kif definit fl-Artikolu 2, punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1150; |
(6) | “magna tat-tiftix online” tfisser magna tat-tiftix online kif definit fl-Artikolu 2, punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/1150; |
(7) | “servizz ta’ networking soċjali online” tfisser pjattaforma li tippermetti lill-utenti finali jikkonnettjaw u jikkomunikaw ma’ xulxin, jikkondividu l-kontenut u jiskopru utenti u kontenut oħrajn fost diversi apparati, u b’mod partikolari permezz ta’ chats, posts, vidjos u rakkomandazzjonijiet; |
(8) | ‘‘servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing’’ tfisser servizz ta’ pjattaforma tal-video-sharing kif definit fl-Artikolu 1(1), punt (aa), tad-Direttiva 2010/13/UE; |
(9) | “servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri” tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972; |
(10) | “sistema operattiva” tfisser software tas-sistema li jikkontrolla l-funzjonijiet bażiċi tal-hardware jew tas-software u li jippermetti li l-applikazzjonijiet tas-software jaħdmu fuqu; |
(11) | “web browser” tfisser applikazzjoni tas-software li tippermetti l-utenti finali jaċċessaw u jinteraġixxu ma’ kontenut ospitat fuq servers konnessi ma’ networks bħall-internet, inkluż browsers awtonomi kif ukoll browsers integrati jew inkorporati f’software jew apparat simili; |
(12) | ‘‘assistent virtwali’’ tfisser software li jista’ jipproċessa domandi, kompiti jew mistoqsijiet, inkluż dawk ibbażati fuq awdjo, viżiv, input bil-miktub, ġesti jew mozzjonijiet, u li, abbażi ta’ dawk id-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, jipprovdi aċċess għal servizzi oħra jew jikkontrolla apparati fiżiċi konnessi; |
(13) | “servizz ta’ cloud computing” tfisser servizz ta’ cloud computing kif definit fl-Artikolu 4, punt (19), tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24); |
(14) | “ħwienet ta’ applikazzjonijiet tas-software” tfisser tip ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online li hu ffukat fuq applikazzjonijiet tas-software bħala l-prodott jew is-servizz intermedjat; |
(15) | “applikazzjoni tas-software” tfisser prodott jew servizz diġitali li jaħdem fuq sistema operattiva; |
(16) | “servizz ta’ pagament” tfisser servizz ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, punt (3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(17) | ‘‘servizz tekniku ta’ appoġġ għas-servizz ta’ pagament’’ tfisser servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 3, punt (j), tad-Direttiva (UE) 2015/2366; |
(18) | ‘‘sistema ta’ pagament għal xiri in-app’’ tfisser applikazzjoni tas-software, servizz jew interfaċċa tal-utent li tiffaċilita x-xiri ta’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali fi ħdan applikazzjoni ta’ software, inkluż kontenut, abbonamenti, karatteristiċi jew funzjonalità, u l-pagamenti għal tali xiri; |
(19) | “servizz ta’ identifikazzjoni” tfisser tip ta’ servizz ipprovdut flimkien ma’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew b’appoġġ għalihom li jippermetti kwalunkwe tip ta’ verifika tal-identità tal-utenti finali jew tal-utenti kummerċjali, irrispettivament mit-teknoloġija użata; |
(20) | “utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizzi ewlenin ta’ pjattaforma, għajr utent kummerċjali; |
(21) | “utent kummerċjali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’kapaċità kummerċjali jew professjonali u li tuża servizzi ewlenin ta’ pjattaforma għall-fini li tipprovdi, jew waqt li tkun qed tipprovdi, oġġetti jew servizzi lill-utenti finali; |
(22) | ‘‘klassifikazzjoni’’ tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lil prodotti jew servizzi offruti permezz ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online, servizzi ta’ networking soċjali online, servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing jew assistenti virtwali, jew ir-rilevanza mogħtija lir-riżultati tat-tiftix minn magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ intermedjazzjoni online, servizzi ta’ networking soċjali online, servizzi ta’ pjattaforma tal-video-sharing, assistenti virtwali jew magni tat-tiftix online, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni u irrispettivament minn jekk jiġix ippreżentat jew ikkomunikat riżultat wieħed biss; |
(23) | “riżultati tat-tiftix” tfisser kwalunkwe informazzjoni fi kwalunkwe format, inkluż outputs testwali, grafiċi, vokali jew oħrajn, irritornati bi tweġiba għal, u relatati ma’, mistoqsija ta’ tfittxija, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni rritornata hijiex riżultat imħallas jew mhux imħallas, tweġiba diretta jew kwalunkwe prodott, servizz jew informazzjoni offruti b’rabta mar-riżultati organiċi, jew murija flimkien magħhom jew integrata parzjalment jew kompletament magħhom; |
(24) | “data” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ dawn l-atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva; |
(25) | “data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(26) | “data mhux personali” tfisser data għajr id-data personali; |
(27) | ‘‘impriża’’ tfisser entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u mill-mod li bih tiġi ffinanzjata, inkluż l-intrapriżi relatati jew l-impriżi konnessi kollha li jiffurmaw grupp permezz tal-kontroll dirett jew indirett ta’ intrapriża jew impriża minn intrapriża jew impriża oħra; |
(28) | “kontroll” tfisser il-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004; |
(29) | ‘‘interoperabbiltà’’ tfisser l-abbiltà li tiġi skambjata informazzjoni u li l-informazzjoni li tkun ġiet skambjata permezz ta’ interfaċċi jew soluzzjonijiet oħra tintuża b’mod reċiproku, sabiex l-elementi kollha tal-hardware jew tas-software jaħdmu ma’ hardware u software ieħor u mal-utenti fil-modi kollha li bihom huma maħsuba biex jiffunzjonaw; |
(30) | “fatturat” tfisser l-ammont derivat minn impriża fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004; |
(31) | “tfassil tal-profili” tfisser tfassil tal-profili kif definit fl-Artikolu 4, punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(32) | “kunsens” tfisser kunsens kif definit fl-Artikolu 4, punt (11), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(33) | “qorti nazzjonali” tfisser qorti jew tribunal ta’ Stat membru fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. |
KAPITOLU II
GWARDJANI
Artikolu 22
Setgħa biex isiru intervisti u jittieħdu dikjarazzjonijiet
1. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li taċċetta intervista biex tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirreġistra tali intervisti bi kwalunkwe mezz tekniku.
2. Fejn intervista skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir fil-bini ta’ impriża, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat membru li qed jinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) u li fit-territorju tiegħu qed issir l-intervista. Jekk dik l-awtorità titlob hekk, l-uffiċjali tagħha jistgħu jassistu lill-uffiċjali u persuni oħra li qed jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-intervista.
Artikolu 23
Setgħat biex jitwettqu spezzjonijiet
1. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta’ impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi.
2. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu spezzjoni għandhom is-setgħa li:
(a) | jidħlu fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi; |
(b) | jeżaminaw il-kotba u rekords oħra marbuta man-negozju, irrispettivament mill-mezz li fih kienu maħżuna; |
(c) | jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji ta’ jew siltiet minn tali kotba jew rekords; |
(d) | jirrikjedu li l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi tipprovdi aċċess għall-organizzazzjoni, il-funzjonament, is-sistema tal-IT, l-algoritmi, it-trattament tad-data u l-prattiki kummerċjali tagħha u spjegazzjoni dwarhom u li jirreġistraw jew jiddokumentaw l-ispjegazzjonijiet mogħtija permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku; |
(e) | jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew rekords għall-perjodu ta’ żmien tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ; |
(f) | jistaqsu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet ta’ fatti jew dokumenti marbuta mas-suġġett u mal-għan tal-ispezzjoni u li jirrekordjaw it-tweġibiet permezz ta’ kwalunkwe mezz tekniku. |
3. Biex twettaq l-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza ta’ awdituri jew esperti maħtura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26(2), kif ukoll l-assistenza tal-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni.
4. Waqt l-ispezzjonijiet il-Kummissjoni, l-awdituri jew l-esperti maħtura minnha u l-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, jistgħu jirrikjedu li l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi tipprovdi aċċess għall-organizzazzjoni, il-funzjonament, is-sistema tal-IT, l-algoritmi, it-trattament tad-data u l-imġiba fin-negozju tagħha u spjegazzjonijiet dwarhom. Il-Kummissjoni u l-awdituri jew l-esperti maħtura minnha u l-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni jistgħu jindirizzaw mistoqsijiet lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal.
5. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u l-multi previsti mill-Artikolu 30 applikabbli f’każ li l-produzzjoni tal-kotba jew rekords oħra meħtieġa relatati man-negozju ma jkunux kompluti jew fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet skont il-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux korretti jew ikunu qarrieqa. F’ħin biżżejjed qabel l-ispezzjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħat avviż dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat membru li fit-territorju tiegħu tkun ser isseħħ.
6. L-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jeħtieġ jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data meta din għandha tibda u tindika l-multi u l-penali perjodiċi ta’ pagamenti previsti fl-Artikoli 30 u 31 rispettivament, kif ukoll id-dritt li dik id-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja.
7. Il-persuni awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti nazzjonali li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), u l-uffiċjali tagħhom, tal-Istat membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni, għandhom, fuq talba ta’ dik l-awtorità jew tal-Kummissjoni, jgħinu b’mod attiv lill-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni. Għal dan il-għan, għandhom jingħataw is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
8. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni isibu li impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-Istat membru kkonċernat għandu jagħtihom l-għajnuna neċessarja, u jirrikjedi, fejn xieraq, l-għajnuna tal-pulizija jew ta’ awtorità ta’ infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom.
9. Jekk, skont ir-regoli nazzjonali, l-assistenza prevista fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja, il-Kummissjoni jew l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat membru li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) jew l-uffiċjali awtorizzati minn dawk l-awtoritajiet għandhom japplikaw għaliha. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
10. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Fil-kontroll tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti nazzjonali, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tal-Istat membru għal spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet li jkollha l-Kummissjoni biex tissuspetta ksur ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll dwar is-serjetà tal-ksur suspettat u dwar in-natura tal-involviment tal-impriża kkonċernata. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma tistax tqajjem dubji dwar il-ħtieġa li ssir spezzjoni u lanqas ma tista’ titlob li tingħata l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss.
Artikolu 27
Informazzjoni minn partijiet terzi
1. Kwalunkwe parti terza, inkluż utenti kummerċjali, kompetituri jew utenti finali tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9), kif ukoll ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jinfurmaw lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat membru, li tinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), jew lill-Kummissjoni direttament, dwar kwalunkwe prattika jew imġiba mill-gwardjani li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2. L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat membru, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), u l-Kummissjoni għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-miżuri xierqa u ma għandhom l-ebda obbligu li jsegwu l-informazzjoni riċevuta.
3. Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat membru, li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6), tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li jista’ jkun hemm kwistjoni ta’ nonkonformità ma’ dan ir-Regolament, hija għandha tittrasferixxi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 30
Multi
1. Fid-deċiżjoni ta’ nonkonformità, il-Kummissjoni tista’ timponi multi fuq gwardjan li ma jaqbżux l-10 % tal-fatturat dinji totali tiegħu fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li l-gwardjan, intenzjonalment jew b’negliġenza, jonqos milli jikkonforma ma’:
(a) | kwalunkwe wieħed mill-obbligi stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7; |
(b) | il-miżuri speċifikati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 8(2); |
(c) | ir-rimedji imposti skont l-Artikolu 18(1); |
(d) | il-miżuri interim ordnati skont l-Artikolu 24; jew |
(e) | l-impenji magħmula vinkolanti legalment skont l-Artikolu 25. |
2. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fid-deċiżjoni ta’ nonkonformità l-Kummissjoni tista’ timponi multi fuq gwardjan sa 20 % tal-fatturat totali tiegħu madwar id-dinja fis-sena finanzjarja preċedenti meta ssib li gwardjan ikun wettaq l-istess ksur jew ksur simili ta’ obbligu stipulat fl-Artikolu 5, 6 jew 7 fir-rigward tal-istess servizz ewlieni ta’ pjattaforma li nstab li wettaq f’deċiżjoni ta’ nonkonformità adottata fit-tmien snin preċedenti.
3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, li timponi fuq impriżi, inkluż gwardjani fejn applikabbli, u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, multi li ma jaqbżux 1 % tal-fatturat dinji totali tagħhom fis-sena finanzjarja preċedenti meta dawn intenzjonalment jew b’negliġenza:
(a) | jonqsu milli jipprovdu informazzjoni fil-limitu ta’ żmien li hija meħtieġa għall-valutazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom bħala gwardjani skont l-Artikolu 3 jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa; |
(b) | jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(3); |
(c) | jonqsu milli jinnotifikaw informazzjoni jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa li hija meħtieġa skont l-Artikolu 14; |
(d) | jonqsu milli jagħtu d-deskrizzjoni jew jipprovdu informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa li hija meħtieġa skont l-Artikolu 15; |
(e) | jonqsu milli jipprovdu aċċess għad-data, algoritmi jew informazzjoni dwar ittestjar b’risposta għal talba magħmula skont l-Artikolu 21(3); |
(f) | jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta’ żmien stabbilit skont l-Artikolu 21(3) jew jipprovdu informazzjoni jew spjegazzjonijiet skorretti, mhux kompluti jew qarrieqa li huma mitluba skont l-Artikolu 21 jew li huma mogħtija waqt intervista skont l-Artikolu 22; |
(g) | jonqsu milli jirrettifikaw f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa mogħtija minn rappreżentant jew membru tal-persunal, jew jonqsu milli, jew jirrifjutaw li, jipprovdu informazzjoni kompluta dwar fatti relatati mas-suġġett u l-għan ta’ spezzjoni, skont l-Artikolu 23; |
(h) | jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 23; |
(i) | jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26; |
(j) | jonqsu milli jintroduċu funzjoni ta’ verifika tal-konformità skont l-Artikolu 28; jew |
(k) | jonqsu milli jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(4). |
4. Fl-iffissar tal-ammont ta’ multa, il-Kummissjoni għandha tqis il-gravità, it-tul ta’ żmien, ir-rikorrenza u, għall-multi imposti skont il-paragrafu 3, id-dewmien ikkawżat fil-proċedimenti.
5. Meta tiġi imposta multa fuq assoċjazzjoni ta’ impriżi li tqis il-fatturat dinji tal-membri tagħha u dik l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi, hija għandha tkun obbligata titlob kontribuzzjonijiet mingħand il-membri tagħha biex tkopri l-ammont tal-multa.
Meta dawn il-kontribuzzjonijiet ma jkunux saru lill-assoċjazzjoni ta’ impriżi f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob il-pagament tal-multa direttament mingħand kwalunkwe impriża li r-rappreżentanti tagħha kienu membri tal-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikkonċernati ta’ dik l-assoċjazzjoni.
Wara li tkun talbet il-pagament skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ titlob il-pagament tal-bilanċ minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi, meta meħtieġ, biex tiżgura l-pagament kollu tal-multa.
Iżda l-Kummissjoni ma għandhiex titlob pagament skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu mingħand impriżi li juru li ma implimentawx id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi li kisru dan ir-Regolament, u ma kinux konxji mill-eżistenza tagħha, jew iddistanzjaw ruħhom b’mod attiv minnha qabel ma l-Kummissjoni tkun fetħet il-proċedimenti skont l-Artikolu 20.
Ir-responsabbiltà finanzjarja ta’ kull impriża fir-rigward tal-pagament tal-multa ma għandhiex taqbeż 20 % tal-fatturat dinji totali tagħha fis-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 33
Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali
1. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 30 u 31 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.
2. Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta d-deċiżjoni ssir finali.
3. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi interrott:
(a) | b’notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-varjazzjoni; jew |
(b) | bi kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat membru, li jaġixxi skont talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-pagament tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali. |
4. Kull interruzzjoni għandha tibda d-dekorrenza taż-żmien mill-ġdid.
5. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm:
(a) | jingħata l-ħin għall-pagament; jew |
(b) | l-infurzar tal-pagament ikun sospiż skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew skont deċiżjoni minn qorti nazzjonali. |
Artikolu 38
Kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni
1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) għandhom jikkooperaw bejniethom u jinfurmaw lil xulxin dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar rispettivi tagħhom permezz tan-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK). Huma għandu jkollhom is-setgħa li jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni dwar kwistjoni ta’ fatt jew ta’ dritt, inkluż informazzjoni kunfidenzjali. Fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx membru tan-NEK, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar każijiet li jikkonċernaw l-infurzar ta’ dan ir-Regolament u l-infurzar tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(6) ta’ tali awtoritajiet. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi tali arranġamenti f’att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 46(1), punt (l).
2. Fejn awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) tkun biħsiebha tniedi investigazzjoni dwar gwardjani abbażi ta’ liġijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(6), hija għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-ewwel miżura investigattiva formali, qabel jew immedjatament wara l-bidu ta’ tali miżura. Din l-informazzjoni tista’ titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) tal-Istati Membri l-oħra.
3. Fejn awtorità nazzjonali nazzjonali tal-Istati Membri li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) tkun biħsiebha timponi obbligi fuq gwardjani abbażi ta’ liġijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(6), hija għandha, sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel l-adozzjoni tiegħu, tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Kummissjoni billi tiddikjara r-raġunijiet għall-miżura. Fil-każ ta’ miżuri interim, l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-abbozz tal-miżuri previsti malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn immedjatament wara l-adozzjoni ta’ tali miżuri. Din l-informazzjoni tista’ titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) tal-Istati Membri l-oħra.
4. Il-mekkaniżmi ta’ informazzjoni previsti fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet previsti skont ir-regoli nazzjonali dwar il-fużjonijiet.
5. L-informazzjoni skambjata skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi skambjata u użata biss għall-fini ta’ koordinazzjoni tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament u r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6).
6. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) biex jappoġġaw kwalunkwe investigazzjoni tas-suq tagħha skont dan ir-Regolament.
7. Fejn ikollha l-kompetenza u s-setgħat investigattivi biex tagħmel dan skont il-liġi nazzjonali, awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li tinforza r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) tista’ fuq inizjattiva tagħha stess twettaq investigazzjoni dwar każ ta’ nonkonformità possibbli mal-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħha. Qabel ma tieħu l-ewwel miżura investigattiva formali, dik l-awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub.
Il-ftuħ ta' proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 għandu jeħles lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li jinfurzaw ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(6) mill-possibbiltà li jwettqu tali investigazzjoni jew għandu jtemm l-investigazzjoni fejn din tkun diġà għaddejja. Dawk l-awtoritajiet għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet ta’ tali investigazzjoni sabiex jappoġġaw lill-Kummissjoni fir-rwol tagħha bħala infurzatur uniku ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 41
Talba għal investigazzjoni tas-suq
1. Tliet Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 17 għaliex huma jqisu li hemm raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li impriża għandha tiġi deżinjata bħala gwardjan.
2. Stat membru wieħed jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 18 għax iqisu li hemm raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li gwardjan ikun kiser b’mod sistematiku wieħed jew aktar mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 u jkun żamm, saħħaħ jew estenda l-pożizzjoni ta’ gwardjan tiegħu fir-rigward tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 3(1).
3. Tliet Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont l-Artikolu 19 għaliex huma jqisu li hemm raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li:
(a) | servizz wieħed jew aktar fis-settur diġitali jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma stabbilita fl-Artikolu 2, punt (2), jew |
(b) | prattika waħda jew aktar mhumiex indirizzati b’mod effettiv minn dan ir-Regolament u jistgħu jillimitaw il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma jew ikunu inġusti. |
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw evidenza li ssostni t-talbiet tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3. Għal talbiet skont il-paragrafu 3, tali evidenza tista’ tinkludi informazzjoni dwar offerti ġodda ta’ prodotti, servizzi, software jew karatteristiċi li jqajmu tħassib dwar kontestabbiltà jew korrettezza, kemm jekk implimentati fil-kuntest ta’ servizzi ewlenin ta’ pjattaforma eżistenti jew mod ieħor.
5. Fi żmien erba’ xhur minn meta tirċievi talba skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex tiftaħ investigazzjoni tas-suq skont il-paragrafu 1, 2 jew 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha.
Artikolu 49
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(6) u (7) u l-Artikolu 12(1), (3) u (4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta' Novembru 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(6) u (7), u l-Artikolu 12(1), (3) u (4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(6) u (7), u l-Artikolu 12(1), (3) u (4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
whereas