search


keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0790 MT cercato: 'titolu' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index titolu:

    titolu I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    titolu II
    MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

    titolu III
    MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

    KAPITOLU 1
    Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

    KAPITOLU 2
    Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv

    KAPITOLU 3
    L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom

    KAPITOLU 4
    Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku

    titolu IV
    MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW

    KAPITOLU 1
    Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet

    KAPITOLU 2
    Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online

    KAPITOLU 3
    Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
  • 1 Artikolu 19 Obbligu ta' trasparenza
  • 1 Artikolu 20 Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt

  • titolu V
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas titolu:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 469

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“organizzazzjoni ta' riċerka” tfisser università, inklużi l-libreriji tagħha, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe entità oħra, li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li torganizza attivitajiet edukattivi li jinvolvu wkoll t-twettiq ta' riċerka xjentifika:

(a)

fuq bażi mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha tagħha ta' riċerka xjentifika; jew

(b)

skont missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxuta minn Stat Membru;

b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati minn tali riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni;

(2)

“l-estrazzjoni tat-test u tad-data” tfisser kwalunkwe teknika analitika awtomatizzata li għandha l-għan li tanalizza t-test u d-data f'forma diġitali biex tiġi ġġenerata informazzjoni, li tinkludi iżda mhijiex limitata għal, mudelli, xejriet u korrelazzjonijiet

(3)

“istituzzjoni tal-wirt kulturali” tfisser librerija jew mużew aċċessibbli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo;

(4)

“pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser kollezzjoni magħmula fil-parti l-kbira minn xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, iżda li tista' tinkludi wkoll xogħlijiet jew materjal ieħor, u li:

(a)

tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali;

(b)

għandha l-għan li tipprovdi lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra; u

(c)

hija ppubblikata fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, ir-responsabbiltà editorjali u l-kontroll ta' fornitur ta' servizz.

Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, mhumiex pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva;

(5)

“servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser servizz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535;

(6)

“fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” tfisser fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li l-iskop prinċipali jew wieħed mill-iskopijiet prinċipali tiegħu huwa li jaħżen u jagħti aċċess lill-pubbliku għal ammont sinifikanti ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal ieħor protett mtellgħin mill-utenti tiegħu, li s-servizz jorganizza u jippromwovi għal skopijiet ta' qligħ.

Il-fornituri ta' servizz, bħal enċiklopediji online mingħajr skopijiet ta' qligħ, repożitorji edukattivi u xjentifiċi mingħajr skopijiet ta' qligħ, pjattaformi ta' żvilupp ta' software u ta' kondiviżjoni b'sors miftuħ, fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/1972, swieq online u servizzi tal-cloud għan-negozju u servizzi cloud li jippermettu lill-utenti jtellgħu kontenut għall-użu tagħhom stess mhumiex “fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” fis-sens ta' din id-Direttiva.

titolu II

MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet komuni

1.   Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikoli 3, 5 u 6 m'għandhiex tkun eżegwibbli.

2.   L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29/KE għandu japplika għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti minn dan it-titolu. L-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-Artikoli 3 sa 6 ta' din id-Direttiva.

titolu III

MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

KAPITOLU 1

Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

Artikolu 14

Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta mandat ta' protezzjoni ta' xogħol artistiku viżiv ikun skada, kwalunkwe materjal li jirriżulta minn att ta' riproduzzjoni ta' dak ix-xogħol mhuwiex soġġett għad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, sakemm il-materjal li jirriżulta minn dak l-att ta' riproduzzjoni ma jkunx oriġinali fis-sens li jkun il-ħolqien intellettwali tal-awtur innifsu.

titolu IV

MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW

KAPITOLU 1

Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet

Artikolu 19

Obbligu ta' trasparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari, ikkonċernati minn tal-inqas darba fis-sena, u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni aġġornata, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttament tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom mill-partijiet li lilhom ikunu lliċenzjaw jew ttrasferew id-drittijiet tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut kollu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew sussegwentement liċenzjati, l-awturi u l-artisti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fuq talba tagħhom, jirċievu, minn persuna b'subliċenzja, informazzjoni addizzjonali, fil-każ li l-ewwel kontroparti kuntrattwali tagħhom ma jkollhiex l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Meta dik l-informazzjoni addizzjonali tkun mitluba, l-ewwel kontroparti kuntrattwali tal-awturi u l-artisti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-identità ta' dawk il-persuni b'subliċenzja.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kwalunkwe talba għal subliċenzjar skont l-ewwel subparagrafu ssir direttament jew indirettament permezz tal-kontroparti kuntrattwali tal-awtur jew tal-artist.

3.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv bil-għan li jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f'każijiet debitament ġustifikati meta l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 isir sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-obbligu jkun limitat għat-tipi u l-livell ta' informazzjoni li jistgħu jiġu raġonevolment mistennija f'każijiet bħal dawn.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika meta l-kontribut ta' awtur jew artist ma jkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni, sakemm l-awtur jew l-artist ma jurix li jeħtieġ l-informazzjoni biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 20(1) u jitlob l-informazzjoni għal dak l-iskop.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li għal ftehimiet soġġetti għal jew ibbażati fuq ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ir-regoli ta' trasparenza tal-ftehim ta' negozjar kollettiv rilevanti huma applikabbli bil-kundizzjoni li dawk ir-regoli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.

6.   Fejn ikun applikabbli l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/26/UE, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward tal-ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) ta' dik id-Direttiva jew minn entitajiet oħra soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.

Artikolu 20

Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-assenza ta' ftehim ta' negozjar kollettiv applikabbli li jipprevedi mekkaniżmu komparabbli ma' dak stabbilit f'dan l-Artikolu, l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, huma intitolati li jitolbu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, jew mis-suċċessuri fit-titolu ta' tali parti, meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tirriżulta sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti kollha miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) tad-Direttiva 2014/26/UE jew minn entitajiet oħra li diġà huma soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet komuni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tipprevjeni l-konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21m'għandhiex tkun infurzabbli b'rabta mal-awturi u l-artisti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-Artikoli 18 sa 22 ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal awturi ta' programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/24/KE.

titolu V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas









keyboard_arrow_down