search


keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0790 MT cercato: 'id-direttiva' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index id-direttiva:

    TITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    TITOLU II
    MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

    TITOLU III
    MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

    KAPITOLU 1
    Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

    KAPITOLU 2
    Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv

    KAPITOLU 3
    L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom

    KAPITOLU 4
    Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku

    TITOLU IV
    MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW

    KAPITOLU 1
    Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet

    KAPITOLU 2
    Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online

    KAPITOLU 3
    Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti

    TITOLU V
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas id-direttiva:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 1310

 

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. id-direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji, kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materjal ieħor.

2.   Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 24, din id-direttiva għandha tħalli kif inhuma u m'għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2000/31/KE, 2001/29/KE, 2006/115/KE, 2009/24/KE, 2012/28/UE u 2014/26/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“organizzazzjoni ta' riċerka” tfisser università, inklużi l-libreriji tagħha, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe entità oħra, li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li torganizza attivitajiet edukattivi li jinvolvu wkoll t-twettiq ta' riċerka xjentifika:

(a)

fuq bażi mhux għall-profitt jew billi tinvesti mill-ġdid il-profitti kollha tagħha ta' riċerka xjentifika; jew

(b)

skont missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxuta minn Stat Membru;

b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati minn tali riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni;

(2)

“l-estrazzjoni tat-test u tad-data” tfisser kwalunkwe teknika analitika awtomatizzata li għandha l-għan li tanalizza t-test u d-data f'forma diġitali biex tiġi ġġenerata informazzjoni, li tinkludi iżda mhijiex limitata għal, mudelli, xejriet u korrelazzjonijiet

(3)

“istituzzjoni tal-wirt kulturali” tfisser librerija jew mużew aċċessibbli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo;

(4)

“pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser kollezzjoni magħmula fil-parti l-kbira minn xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, iżda li tista' tinkludi wkoll xogħlijiet jew materjal ieħor, u li:

(a)

tikkostitwixxi komponent individwali f'perjodiku jew f'pubblikazzjoni aġġornata regolarment taħt titlu wieħed, bħal f'gazzetta jew f'rivista ta' interess ġenerali jew speċjali;

(b)

għandha l-għan li tipprovdi lill-pubbliku ġenerali b'informazzjoni b'rabta ma' aħbarijiet jew suġġetti oħra; u

(c)

hija ppubblikata fi kwalunkwe mezz tax-xandir taħt l-inizjattiva, ir-responsabbiltà editorjali u l-kontroll ta' fornitur ta' servizz.

Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, mhumiex pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-direttiva;

(5)

“servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser servizz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535;

(6)

“fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” tfisser fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li l-iskop prinċipali jew wieħed mill-iskopijiet prinċipali tiegħu huwa li jaħżen u jagħti aċċess lill-pubbliku għal ammont sinifikanti ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal ieħor protett mtellgħin mill-utenti tiegħu, li s-servizz jorganizza u jippromwovi għal skopijiet ta' qligħ.

Il-fornituri ta' servizz, bħal enċiklopediji online mingħajr skopijiet ta' qligħ, repożitorji edukattivi u xjentifiċi mingħajr skopijiet ta' qligħ, pjattaformi ta' żvilupp ta' software u ta' kondiviżjoni b'sors miftuħ, fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fid-direttiva (UE) 2018/1972, swieq online u servizzi tal-cloud għan-negozju u servizzi cloud li jippermettu lill-utenti jtellgħu kontenut għall-użu tagħhom stess mhumiex “fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” fis-sens ta' din id-direttiva.

TITOLU II

MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

Artikolu 3

Estrazzjoni tat-test u tad-data għal skopijiet ta' riċerka xjentifika

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka u istituzzjonijiet tal-wirt kulturali sabiex iwettqu, għall-fini tar-riċerka xjentifika, estrazzjoni tat-test u tad-data ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalih għandhom aċċess legali.

2.   Kopji ta' xogħlijiet jew materjal ieħor magħmulin f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinħażnu b'livell xieraq ta' sigurtà u jistgħu jinżammu għall-finijiet ta' riċerka xjentifika, inkluż għall-verifika tar-riżultati tar-riċerka.

3.   Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materjal ieħor. Dawn il-miżuri m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

4.   L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali biex jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-obbligu u tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament.

Artikolu 4

Eċċezzjoni jew limitazzjoni għall-estrazzjoni tat-test u tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva preżenti għar-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet ta' xogħlijiet legali aċċessibbli u suġġett oħrajn għall-iskopijiet ta' estrazzjoni ta' test u ta' data.

2.   Ir-riproduzzjonijiet u l-estrazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 1 jistgħu jinżammu sakemm ikun neċessarju għall-finijiet tal-estrazzjoni tat-test u tad-data.

3.   L-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni previsti mill-paragrafu 1 għandhom japplikaw bil-kundizzjoni li l-użu tax-xogħlijiet u suġġetti oħra msemmija f'dak il-paragrafu ma jkunux ġew espressament riżervati mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom b'mod xieraq, bħal mezzi li jinqraw minn magna għall-kontenut fil-każ ta' kontenut li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online.

4.   Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta' din id-direttiva.

Artikolu 5

L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a), (b), (d) u (e) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 15(1) ta' din id-direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materjal ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, bil-kundizzjoni li tali l-użu:

(a)

isir fi taħt ir-responsabbiltà ta' stabbiliment edukattiv, fil-binjiet tiegħu jew f'postijiet oħra, jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; u

(b)

ikun akkumpanjat bl-indikazzjoni tas-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli.

2.   Minkejja l-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax jew ma tapplikax fir-rigward ta' użi jew tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor, bħal materjal li huwa prinċipalment maħsub għas-suq tal-edukazzjoni jew partituri, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jkopru l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi ikunu disponibbli faċilment fis-suq.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-liċenzji li jawtorizzaw l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma disponibbli u viżibbli b'mod adatt għall-istabbilimenti edukattivi.

3.   L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' ambjenti elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal ieħor protetti tagħhom skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

Preservazzjoni tal-wirt kulturali

L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti mill- Artikolu 5(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 15(1) ta' din id-direttiva, sabiex jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali jagħmlu kopji ta' kwalunkwe xogħol jew materjal ieħor li huma permanentement fil-kollezzjonijiet tagħhom, f'kull forma jew mezz, għall-finijiet tal-preservazzjoni ta' tali xogħlijiet jew materjal ieħor u sa fejn meħtieġ għal tali preservazzjoni.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet komuni

1.   Kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-eċċezzjonijiet previsti mill-Artikoli 3, 5 u 6 m'għandhiex tkun eżegwibbli.

2.   L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29/KE għandu japplika għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti minn dan it-Titolu. L-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-Artikoli 3 sa 6 ta' din id-direttiva.

TITOLU III

MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

KAPITOLU 1

Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

Artikolu 8

L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'konformità mal-mandati tagħha mid-detenturi tad-drittijiet, tista' tikkonkludi liċenzja mhux esklużiva għal skopijiet mhux kummerċjali ma' istituzzjoni tal-wirt kulturali għar-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà tal-pubbliku ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal ieħor li jkunu permanentement fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk id-detenturi tad-drittijiet kollha koperti mil-liċenzja ikunux taw mandat lill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati tagħha, li jirrappreżentaw b'mod suffiċjenti lid-detenturi tad-drittijiet fit-tip rilevanti ta' xogħlijiet jew materjal ieħor u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja; u

(b)

id-detenturi tad-drittijiet kollha huma ggarantiti trattament ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) (b), (d) u (e) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-direttiva, bil-għan li jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jagħmlu, għal skopijiet mhux kummerċjali, xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq u li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom disponibbli, bil-kundizzjoni li:

(a)

jiġi indikat l-isem tal-awtur jew kwalunkwe detentur tad-dritt identifikabbli ieħor, sakemm dan ma jinstabx li jkun impossibbli; u

(b)

dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor huma disponibbli fuq siti web mhux kummerċjali.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2 japplikaw biss għal tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalihom ma teżisti l-ebda organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, b'mod faċli u effikaċi, jeskludu x-xogħlijiet jew materjal ieħor tagħhom mill-mekkaniżmu ta' liċenzjar stabbilit fil-paragrafu 1 jew mill-applikazzjoni tal-eċċezzjoni jew tal-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2, jew b'mod ġenerali jew f'każijiet speċifiċi, fosthom wara l-konklużjoni ta' liċenzja jew wara l-bidu tal-użu kkonċernat.

5.   Xogħol jew materjal ieħor għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta ikun jista' jiġi preżunt in bona fede li x-xogħol jew materjal ieħor sħaħ ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ, wara li jkun sar sforz raġonevoli biex jiġi ddeterminat jekk huwiex disponibbli għall-pubbliku.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rekwiżiti speċifiċi, bħad-data tal-iskadenza, biex jiddeterminaw jekk ix-xogħlijiet u materjal ieħor jistgħux jiġu lliċenzjati skont il-paragrafu 1 jew jekk jintużawx skont l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni prevista fil-paragrafu 2. Tali rekwiżiti m'għandhomx jestendu lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u raġonevoli, u m'għandhomx jipprekludu li jkun jista' jiġi ddeterminat li sett ta' xogħlijiet jew materjal ieħor bħala entità sħiħa mhuwiex fis-suq, meta huwa raġonevoli li jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew materjal ieħor mhumiex fis-suq.

6.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-liċenzji imsemmija fil-paragrafu 1 jitfittxu minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiva tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-istituzzjoni tal-wirt kulturali.

7.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal settijiet ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq jekk, abbażi tal-isforz raġonevoli msemmi fil-paragrafu 5, ikun hemm evidenza li tali settijiet jikkonsistu l-aktar f':

(a)

xogħlijiet jew materjal ieħor, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba f'pajjiż terz;

(b)

xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, li l-produtturi tagħhom għandhom il-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tagħhom f'pajjiż terz; jew

(c)

ix-xogħlijiet jew materjal ieħor ta' ċittadini ta' pajjiż terz, meta wara sforz raġonevoli l-ebda Stat Membru jew pajjiż terz ma setgħa jiġi determinat skont il-punti (a) u (b).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, dan l-Artikolu għandu japplika fejn l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun rappreżentattiva biżżejjed fis-sens tat-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1, tad-detenturi tad-dritt tal-pajjiż terz rilevanti.

Artikolu 15

Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi online

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa stabbiliti fi Stat Membru bid-drittijiet previsti mill-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu online tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom min-naħa ta' fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-użi privati jew mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali.

Il-protezzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu m'għandhiex tapplika għal atti ta' hyperlinking.

Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fir-rigward tal-użu ta' kliem individwali jew siltiet qosra ħafna ta' pubblikazzjoni tal-istampa.

2.   Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst mil-liġi tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materjal ieħor inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma għandhomx jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materjal ieħor indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom.

Meta xogħol jew materjal ieħor ikunu inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa fuq il-bażi ta' liċenzja mhux esklużiva, id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu min-naħa ta' utenti awtorizzati oħra. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li l-protezzjoni għalihom tkun skadiet.

3.   L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE, id-direttiva 2012/28/UE u d-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu sentejn wara li l-pubblikazzjoni tal-istampa tkun ġiet ippubblikata. Dak it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data li fiha ġiet ippubblikata dik il-pubblikazzjoni.

Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati għall-ewwel darba qabel is-6 ta' Ġunju 2019..

5.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li awturi ta' xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa jirċievu sehem xieraq mid-dħul li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa tagħhom minn fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Artikolu 17

L-użu ta' kontenut protett minn fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online jagħmel att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew f'att ta' disponibbiltà għall-pubbliku għall-iskopijiet ta' din id-direttiva meta jagħti aċċess pubbliku għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor imtella' mill-utenti tiegħu.

Fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online għandu għaldaqstant jikseb awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE, pereżempju billi jikkonkludi ftehim ta' liċenzjar, sabiex jikkomunika lill-pubbliku jew jagħmel disponibbli lill-pubbliku xogħlijiet jew materjal ieħor.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fejn fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online jikseb awtorizzazzjoni, pereżempju billi jikkonkludi ftehim ta' liċenzjar, dik l-awtorizzazzjoni għandha tkopri wkoll atti mwettqa mill-utenti ta' servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE meta ma jkunux qed jaġixxu fuq bażi kummerċjali jew fejn l-attività tagħhom ma tiġġenerax dħul sinifikanti.

3.   Meta fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online jagħmel att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku jew għad-disponibbiltà tagħhom lill-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-direttiva, il-limitazzjoni ta' responsabbiltà stabbilita fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE m'għandhiex tapplika għas-sitwazzjonijiet koperti minn dan l-Artikolu.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu m'għandux jaffettwa l-possibbiltà tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE għal dawk il-fornituri ta' servizz għal finijiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva.

4.   Jekk ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni, il-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online għandhom ikunu responsabbli għal atti ta' komunikazzjoni mhux awtorizzati lill-pubbliku, inkluż li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur u materjal ieħor, sakemm il-fornituri ta' servizz ma jurux li huma:

(a)

għamlu l-aħjar sforzi biex jiksbu awtorizzazzjoni, u

(b)

f'konformità mal-istandards għoljin ta' diliġenza professjonali tal-industrija, għamlu l-aħjar sforzi biex jiżguraw li ma kienx hemm disponibbli xogħlijiet speċifiċi u materjal ieħor li għalihom id-detenturi tad-drittijiet ikunu pprovdew l-informazzjoni rilevanti u neċessarja lill-fornituri ta' servizz; u fi kwalunkwe każ,

(c)

aġixxew malajr, malli rċevew notifika sostanzjata biżżejjed mid-detenturi tad-drittijiet, biex jiddiżattivaw l-aċċess għal, jew ineħħu, mis-siti web tagħhom ix-xogħlijiet jew materjal ieħor notifikati, u għamlu l-aħjar sforzi biex jipprevjenu kwalunkwe upload futur tagħhom skont il-punt (b).

5.   Meta jkun irid jiġi ddeterminat jekk il-fornitur ta' -servizz huwiex konformi mal-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 4, u fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom, fost oħrajn, jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(a)

it-tip, l-udjenza u d-daqs tas-servizz u t-tip ta' xogħlijiet jew materjal ieħor imtella' mill-utenti tas-servizz; u

(b)

id-disponibbiltà ta' mezzi xierqa u effikaċi u l-ispiża tagħhom għall-fornituri ta' servizz.

6.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fir-rigward ta' fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online ġodda li s-servizzi tagħhom kienu disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni għal inqas minn tliet snin u li għandhom fatturat annwali ta' inqas minn EUR 10 miljun, ikkalkolat f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (20), il-kundizzjonijiet taħt ir-reġim ta' responsabbiltà stabbilit fil-paragrafu 4 huma limitati għall-konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 4 u li jaġixxu malajr, malli jirċievu avviż sostanzjat biżżejjed, biex jiddiżattivaw l-aċċess għax-xogħlijiet jew għal materjal ieħor notifikati jew li jneħħu dawk ix-xogħlijiet jew materjal ieħor mis-siti web tagħhom..

Meta l-għadd medju ta' viżitaturi uniċi ta' kull xahar ta' tali fornituri ta' servizz jaqbeż il-5 miljuni, ikkalkolat abbażi tas-sena kalendarja preċedenti, għandhom juru wkoll li għamlu l-aħjar sforzi biex jipprevjenu uploads ulterjuri tax-xogħlijiet u ta' materjal ieħor notifikati li għalihom id-detenturi tad-drittijiet ipprovdew informazzjoni rilevanti u neċessarja.

7.   Il-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet m'għandhiex tirriżulta fil-prevenzjoni tad-disponibbiltà ta' xogħlijiet jew materjal ieħor imtella' mill-utenti li ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, inkluż fejn tali xogħlijiet jew materjal ieħor ikunu koperti minn eċċezzjoni jew limitazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti f'kull Stat Membru jkunu jistgħu jserrħu fuq kwalunkwe mill-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet eżistenti li ġejjin meta jtellgħu u jagħmlu disponibbli l-kontenut iġġenerat mill-utenti dwar is-servizzi tal-kondiviżjoni tal-kontenut online:

(a)

kwotazzjoni, kritika jew riċensjoni;

(b)

użu għal skop ta' karikatura, parodija jew pastiċċ;

8.   L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex twassal għal obbligu ġenerali ta' monitoraġġ.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online jipprovdu lid-detenturi tad-drittijiet, fuq talba tagħhom, b'informazzjoni adegwata dwar il-funzjonament tal-prattiki tagħhom fir-rigward tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u, fejn jiġu konklużi ftehimiet ta' liċenzjar bejn il-fornituri ta' servizz u d-detenturi tad-drittijiet, informazzjoni dwar l-użu tal-kontenut kopert mill-ftehimiet.

9.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal- kontenut online jistabbilixxu mekkaniżmu effettiv u rapidu għat-tressiq tal-ilmenti u ta' rimedju li jkun disponibbli għall-utenti tas-servizzi tagħhom f'każ ta' tilwim dwar id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, jew it-tneħħija ta', xogħlijiet jew materjal ieħor imtella' minnhom.

Fejn id-detenturi tad-drittijiet jitolbu li l-aċċess għax-xogħlijiet speċifiċi jew materjal ieħor tagħhom jiġi diżattivat jew li dawk ix-xogħlijiet jew materjal ieħor jitneħħew, dawn għandhom jiġġustifikaw debitament ir-raġunijiet għat-talbiet tagħhom. L-ilmenti mressqa taħt il-mekkaniżmu previst fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu pproċessati mingħajr dewmien żejjed, u d-deċiżjonijiet biex jiġi diżattivat jew jitneħħa l-aċċess għall-kontenut imtella' għandhom ikunu soġġetti għal rieżami minn bniedem. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-mekkaniżmi ta' rimedju alternattivi jkunu disponibbli għas-soluzzjoni tat-tilwim. Tali mekkaniżmi għandhom jippermettu li t-tilwim jiġi solvut b'mod imparzjali u m'għandhomx iċaħħdu lill-utent mill-protezzjoni legali mogħtija mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti li jkollhom rikors għal rimedji ġudizzjarji effiċjenti. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jkollhom aċċess għal qorti jew awtorità ġudizzjarja rilevanti oħra biex isostnu l-użu ta' eċċezzjoni jew limitazzjoni għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati.

Din id-direttiva bl-ebda mod m'għandha taffettwa l-użi leġittimi, bħalma huma l-użi taħt l-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni, u m'għandha twassal għall-ebda identifikazzjoni tal-utenti individwali u lanqas għall-ipproċessar tad-data personali, ħlief skont id-direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (UE) 2016/679.

Il-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online għandhom jinfurmaw lill-utenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li jistgħu jużaw xogħlijiet u materjal ieħor taħt eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati previsti mil-liġi tal-Unjoni.

10.   Sa mis-6 ta' Ġunju 2019 il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha torganizza djalogi mal-partijiet ikkonċernati biex jiġu diskussi l-aħjar prattiki għall-kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online u d-detenturi tad-drittijiet. Il-Kummissjoni għandha, b'konsultazzjoni mal-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online, id-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet tal-utenti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, u filwaqt li tqis ir-riżultati tad-djalogi mal-partijiet ikkonċernati, toħroġ gwida dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari rigward il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Meta jiġu diskussi l-aħjar prattiki, għandha titqies, fost l-oħrajn, il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali u l-użu tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet. Għall-fini tad-djalogi mal-partijiet ikkonċernati, l-organizzazzjonijiet tal-utenti għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni adegwata mill-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online dwar il-funzjonament tal-prattiki tagħhom fir-rigward tal-paragrafu 4.

KAPITOLU 3

Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti

Artikolu 19

Obbligu ta' trasparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari, ikkonċernati minn tal-inqas darba fis-sena, u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni aġġornata, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttament tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom mill-partijiet li lilhom ikunu lliċenzjaw jew ttrasferew id-drittijiet tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut kollu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew sussegwentement liċenzjati, l-awturi u l-artisti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fuq talba tagħhom, jirċievu, minn persuna b'subliċenzja, informazzjoni addizzjonali, fil-każ li l-ewwel kontroparti kuntrattwali tagħhom ma jkollhiex l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 1.

Meta dik l-informazzjoni addizzjonali tkun mitluba, l-ewwel kontroparti kuntrattwali tal-awturi u l-artisti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-identità ta' dawk il-persuni b'subliċenzja.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kwalunkwe talba għal subliċenzjar skont l-ewwel subparagrafu ssir direttament jew indirettament permezz tal-kontroparti kuntrattwali tal-awtur jew tal-artist.

3.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv bil-għan li jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f'każijiet debitament ġustifikati meta l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 isir sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-obbligu jkun limitat għat-tipi u l-livell ta' informazzjoni li jistgħu jiġu raġonevolment mistennija f'każijiet bħal dawn.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika meta l-kontribut ta' awtur jew artist ma jkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni, sakemm l-awtur jew l-artist ma jurix li jeħtieġ l-informazzjoni biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 20(1) u jitlob l-informazzjoni għal dak l-iskop.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li għal ftehimiet soġġetti għal jew ibbażati fuq ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ir-regoli ta' trasparenza tal-ftehim ta' negozjar kollettiv rilevanti huma applikabbli bil-kundizzjoni li dawk ir-regoli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.

6.   Fejn ikun applikabbli l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/26/UE, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward tal-ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) ta' dik id-direttiva jew minn entitajiet oħra soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-direttiva.

Artikolu 20

Mekkaniżmu tal-aġġustament tal-kuntratt

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-assenza ta' ftehim ta' negozjar kollettiv applikabbli li jipprevedi mekkaniżmu komparabbli ma' dak stabbilit f'dan l-Artikolu, l-awturi u l-artisti, jew ir-rappreżentanti tagħhom, huma intitolati li jitolbu remunerazzjoni addizzjonali, xierqa u ġusta mill-parti li magħha jkunu daħlu f'kuntratt għall-isfruttament tad-drittijiet, jew mis-suċċessuri fit-titolu ta' tali parti, meta r-remunerazzjoni miftiehma oriġinarjament tirriżulta sproporzjonatament baxxa meta mqabbla mad-dħul u l-benefiċċji rilevanti sussegwenti kollha miksuba mill-isfruttament tax-xogħlijiet jew il-prestazzjonijiet.

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) tad-Direttiva 2014/26/UE jew minn entitajiet oħra li diġà huma soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-direttiva.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet komuni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tipprevjeni l-konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21m'għandhiex tkun infurzabbli b'rabta mal-awturi u l-artisti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-Artikoli 18 sa 22 ta' din id-direttiva ma japplikawx għal awturi ta' programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/24/KE.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Emendi għad-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE

1.   id-direttiva 96/9/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 6(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

meta jsir użu għall-fini biss ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u kemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih;, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).”."

(b)

Fl-Artikolu 9, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta' estrazzjoni għall-finijiet ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u sakemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-direttiva (UE) 2019/790;”

2.   id-direttiva 2001/29/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

rigward l-atti speċifiċi ta' riproduzzjoni magħmula minn libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet jew arkivji li għandhom aċċess mill-pubbliku, li mhumiex għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(*2)  Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).”."

(b)

Fl-Artikolu 5(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

użu għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim jew riċerka xjentifika, kemm-il darba s-sors, inkluż l-isem tal-awtur, tkun indikata, sakemm ma jinstabx li jkun impossibbli u sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-direttiva (UE) 2019/790;”

(c)

Fl-Artikolu 12(4), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)

li jeżamina l-impatt tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/790 dwar il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġu enfasizzati kwalunkwe diffikultajiet fit-traspożizzjoni;

(f)

biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar żviluppi rilevanti fil-leġislazzjoni u fil-każistika, kif ukoll fuq l-applikazzjoni prattika tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jimplimentaw id-direttiva (UE) 2019/790;

(g)

biex jiddiskuti kwalunkwe mistoqsija oħra li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/790.”.

Artikolu 25

Relazzjoni ma' eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet previsti f'direttivi oħrajn

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet usa', kompatibbli mal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti fid-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE, għal użi jew oqsma koperti mill-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet previsti minn din id-direttiva

Artikolu 26

Applikazzjoni fiż-żmien

1.   Din id-direttiva għandha tapplika fir-rigward tax-xogħlijiet u materjal ieħor kollha li huma protetti mil-liġi nazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, fi jew wara s-7 ta' Ġunju 2021.

2.   Din id-direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att konkluż u kwalunkwe dritt miksub qabel is-7 ta' Ġunju 2021.

Artikolu 28

Protezzjoni tad-data personali

L-ipproċessar tad-data personali mwettaq fil-qafas ta' din id-direttiva għandu jitwettaq f'konformità mad-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 29

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-direttiva sas-7 ta' Ġunju 2021. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-direttiva.

Artikolu 30

Rieżami

1.   Mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha, sas-7 ta' Ġunju 2024, tivvaluta l-impatt tar-reġim ta' responsabbiltà speċifiku stabbilit fl-Artikolu 17 applikabbli għall-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online li għandhom fatturat annwali ta' inqas minn EUR 10 miljun u li s-servizzi tagħhom ilhom disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni għal inqas minn tliet snin skont l-Artikolu 17(6) u, jekk xieraq, għandha tieħu azzjoni skont il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32

Destinatarji

Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 27.

(2)  ĠU C 207, 30.6.2017, p. 80.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2019.

(4)  id-direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(5)  id-direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(6)  id-direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

(7)  id-direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).

(8)  id-direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16)..

(9)  id-direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5).

(10)  id-direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1).

(12)  id-direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15).

(13)  id-direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(14)  id-direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(15)  id-direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(18)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(19)  id-direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ċerti użi permessi ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6).

(20)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).


whereas









keyboard_arrow_down