keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 2 Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
- 3 Artikolu 2 Definizzjonijiet
- 1 Artikolu 3 Estrazzjoni tat-test u tad-data għal skopijiet ta' riċerka xjentifika
- 1 Artikolu 8 L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
- 1 Artikolu 11 Djalogu tal-partijiet ikkonċernati
- 1 Artikolu 12 Ħruġ kollettiv ta' liċenzji b'effett estiż
- 1 Artikolu 19 Obbligu ta' trasparenza
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
TITOLU III
MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT
KAPITOLU 1
Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
KAPITOLU 4
Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku
TITOLU IV
MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW
KAPITOLU 1
Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet
KAPITOLU 2
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
KAPITOLU 3
Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ieħor 29
- tad-drittijiet 28
- materjal 27
- għandhom 23
- xogħlijiet 20
- membri 19
- tagħhom 17
- minn 17
- kollettiv 17
- għal 17
- dwar 15
- l-istati 13
- fil-paragrafu 13
- skont 13
- l-artikolu 13
- huma 12
- jistgħu 11
- //ke 11
- mmaniġġjar 11
- biex 11
- liċenzjar 11
- jipprevedu 11
- l-artikolu 10
- id-direttiva 10
- tad-direttiva 10
- għandha 9
- tal-wirt 9
- kwalunkwe 9
- mhumiex 9
- kulturali 8
- meta 8
- jiġi 8
- riċerka 8
- għandu 7
- l-organizzazzjoni 7
- membru 7
- tagħha 7
- mhux 7
- stabbilit 7
- skopijiet 7
- artikolu 7
- japplika 7
- fis-suq 7
- jkun 6
- tfisser 6
- l-informazzjoni 6
- hija 6
- disponibbli 6
- l-għan 6
- raġonevoli 6
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li għandhom l-għan li jkomplu jarmonizzaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-użi diġitali u transfruntieri tal-kontenut protett. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli dwar l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, dwar il-faċilitazzjoni tal-liċenzji, kif ukoll regoli li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq għall-isfruttament tad-drittijiet u materjal ieħor.
2. Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 24, din id-Direttiva għandha tħalli kif inhuma u m'għandha bl-ebda mod taffettwa r-regoli eżistenti stabbiliti fid-direttivi li bħalissa huma fis-seħħ f'dan il-qasam, b'mod partikolari d-Direttivi 96/9/KE, 2000/31/KE, 2001/29/KE, 2006/115/KE, 2009/24/KE, 2012/28/UE u 2014/26/UE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “organizzazzjoni ta' riċerka” tfisser università, inklużi l-libreriji tagħha, istitut tar-riċerka jew kwalunkwe entità oħra, li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq riċerka xjentifika jew li torganizza attivitajiet edukattivi li jinvolvu wkoll t-twettiq ta' riċerka xjentifika:
b'tali mod li l-aċċess għar-riżultati ġġenerati minn tali riċerka xjentifika ma jistgħux jitgawdew fuq bażi preferenzjali minn impriża li teżerċita influwenza deċiżiva fuq din l-organizzazzjoni; |
(2) | “l-estrazzjoni tat-test u tad-data” tfisser kwalunkwe teknika analitika awtomatizzata li għandha l-għan li tanalizza t-test u d-data f'forma diġitali biex tiġi ġġenerata informazzjoni, li tinkludi iżda mhijiex limitata għal, mudelli, xejriet u korrelazzjonijiet |
(3) | “istituzzjoni tal-wirt kulturali” tfisser librerija jew mużew aċċessibbli għall-pubbliku, arkivju jew istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku jew awdjo; |
(4) | “pubblikazzjoni tal-istampa” tfisser kollezzjoni magħmula fil-parti l-kbira minn xogħlijiet letterarji ta' natura ġurnalistika, iżda li tista' tinkludi wkoll xogħlijiet jew materjal ieħor, u li:
Pubblikazzjonijiet perjodiċi li huma ppubblikati għal skopijiet xjentifiċi jew akkademiċi, bħal ġurnali xjentifiċi, mhumiex pubblikazzjonijiet tal-istampa skont din id-Direttiva; |
(5) | “servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser servizz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535; |
(6) | “fornitur ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” tfisser fornitur ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni li l-iskop prinċipali jew wieħed mill-iskopijiet prinċipali tiegħu huwa li jaħżen u jagħti aċċess lill-pubbliku għal ammont sinifikanti ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal ieħor protett mtellgħin mill-utenti tiegħu, li s-servizz jorganizza u jippromwovi għal skopijiet ta' qligħ. Il-fornituri ta' servizz, bħal enċiklopediji online mingħajr skopijiet ta' qligħ, repożitorji edukattivi u xjentifiċi mingħajr skopijiet ta' qligħ, pjattaformi ta' żvilupp ta' software u ta' kondiviżjoni b'sors miftuħ, fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/1972, swieq online u servizzi tal-cloud għan-negozju u servizzi cloud li jippermettu lill-utenti jtellgħu kontenut għall-użu tagħhom stess mhumiex “fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online” fis-sens ta' din id-Direttiva. |
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
Artikolu 3
Estrazzjoni tat-test u tad-data għal skopijiet ta' riċerka xjentifika
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka u istituzzjonijiet tal-wirt kulturali sabiex iwettqu, għall-fini tar-riċerka xjentifika, estrazzjoni tat-test u tad-data ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalih għandhom aċċess legali.
2. Kopji ta' xogħlijiet jew materjal ieħor magħmulin f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinħażnu b'livell xieraq ta' sigurtà u jistgħu jinżammu għall-finijiet ta' riċerka xjentifika, inkluż għall-verifika tar-riżultati tar-riċerka.
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materjal ieħor. Dawn il-miżuri m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali biex jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-obbligu u tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament.
Artikolu 8
L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'konformità mal-mandati tagħha mid-detenturi tad-drittijiet, tista' tikkonkludi liċenzja mhux esklużiva għal skopijiet mhux kummerċjali ma' istituzzjoni tal-wirt kulturali għar-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà tal-pubbliku ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal ieħor li jkunu permanentement fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk id-detenturi tad-drittijiet kollha koperti mil-liċenzja ikunux taw mandat lill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, bil-kundizzjoni li:
(a) | l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati tagħha, li jirrappreżentaw b'mod suffiċjenti lid-detenturi tad-drittijiet fit-tip rilevanti ta' xogħlijiet jew materjal ieħor u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja; u |
(b) | id-detenturi tad-drittijiet kollha huma ggarantiti trattament ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja. |
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) (b), (d) u (e) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva, bil-għan li jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jagħmlu, għal skopijiet mhux kummerċjali, xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq u li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom disponibbli, bil-kundizzjoni li:
(a) | jiġi indikat l-isem tal-awtur jew kwalunkwe detentur tad-dritt identifikabbli ieħor, sakemm dan ma jinstabx li jkun impossibbli; u |
(b) | dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor huma disponibbli fuq siti web mhux kummerċjali. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2 japplikaw biss għal tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalihom ma teżisti l-ebda organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, b'mod faċli u effikaċi, jeskludu x-xogħlijiet jew materjal ieħor tagħhom mill-mekkaniżmu ta' liċenzjar stabbilit fil-paragrafu 1 jew mill-applikazzjoni tal-eċċezzjoni jew tal-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2, jew b'mod ġenerali jew f'każijiet speċifiċi, fosthom wara l-konklużjoni ta' liċenzja jew wara l-bidu tal-użu kkonċernat.
5. Xogħol jew materjal ieħor għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta ikun jista' jiġi preżunt in bona fede li x-xogħol jew materjal ieħor sħaħ ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ, wara li jkun sar sforz raġonevoli biex jiġi ddeterminat jekk huwiex disponibbli għall-pubbliku.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rekwiżiti speċifiċi, bħad-data tal-iskadenza, biex jiddeterminaw jekk ix-xogħlijiet u materjal ieħor jistgħux jiġu lliċenzjati skont il-paragrafu 1 jew jekk jintużawx skont l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni prevista fil-paragrafu 2. Tali rekwiżiti m'għandhomx jestendu lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u raġonevoli, u m'għandhomx jipprekludu li jkun jista' jiġi ddeterminat li sett ta' xogħlijiet jew materjal ieħor bħala entità sħiħa mhuwiex fis-suq, meta huwa raġonevoli li jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew materjal ieħor mhumiex fis-suq.
6. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-liċenzji imsemmija fil-paragrafu 1 jitfittxu minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiva tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-istituzzjoni tal-wirt kulturali.
7. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal settijiet ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq jekk, abbażi tal-isforz raġonevoli msemmi fil-paragrafu 5, ikun hemm evidenza li tali settijiet jikkonsistu l-aktar f':
(a) | xogħlijiet jew materjal ieħor, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba f'pajjiż terz; |
(b) | xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, li l-produtturi tagħhom għandhom il-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tagħhom f'pajjiż terz; jew |
(c) | ix-xogħlijiet jew materjal ieħor ta' ċittadini ta' pajjiż terz, meta wara sforz raġonevoli l-ebda Stat Membru jew pajjiż terz ma setgħa jiġi determinat skont il-punti (a) u (b). |
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, dan l-Artikolu għandu japplika fejn l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun rappreżentattiva biżżejjed fis-sens tat-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1, tad-detenturi tad-dritt tal-pajjiż terz rilevanti.
Artikolu 11
Djalogu tal-partijiet ikkonċernati
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali f'kull settur qabel ma jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi skont l-Artikolu 8(5), u għandhom iħeġġu djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, u kwalunkwe organizzazzjoni ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, fuq bażi speċifika għas-settur, bil-għan li jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u biex jiżguraw li s-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu huma effettivi.
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
Artikolu 12
Ħruġ kollettiv ta' liċenzji b'effett estiż
1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, sa fejn jikkonċerna l-użu fit-territorju tagħhom u soġġett għas-salvagwardji previsti minn dan l-Artikolu, li fejn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, li hija soġġetta għar-regoli nazzjonali tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/26/UE, f'konformità mal-mandati tagħha mingħand id-detenturi tad-drittijiet, tidħol fi ftehim ta' liċenzjar għall-isfruttament ta' xogħlijiet jew materjal ieħor:
(a) | tali ftehim jista' jiġi estiż biex japplika għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li ma jkunux awtorizzaw lil dik l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv biex tirrappreżentahom permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor; jew, |
(b) | fir-rigward ta' tali ftehim, l-organizzazzjoni għandha mandat legali jew hija preżunta li tirrappreżenta d-detenturi tad-drittijiet li m'awtorizzawx lill-organizzazzjoni kif xieraq. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' liċenzjar imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi applikat biss f'oqsma ta' użu definiti sew, fejn il-ksib ta' awtorizzazzjonijiet mid-detenturi tad-drittijiet fuq bażi individwali ikun tipikament oneruż u mhux prattiku sal-punt li jnaqqas il-probabbiltà li ssir it-tranżazzjoni ta' liċenzjar meħtieġa, minħabba n-natura tal-użu jew tat-tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor ikkonċernati, u għandhom jiżguraw li tali mekkaniżmu ta' liċenzjar jissalvagwardja l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-salvagwardji li ġejjin:
(a) | l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv hija, abbażi ta' mandati tagħha, biżżejjed rappreżentattiva tad-detenturi tad-drittijiet fit-tip ta' xogħlijiet jew materjal ieħor u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja, għall-Istat Membru rilevanti; |
(b) | id-detenturi tad-drittijiet kollha huma ggarantiti trattament ugwali, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja; |
(c) | id-detenturi tad-drittijiet li ma jkunux awtorizzaw l-organizzazzjoni li tagħti l-liċenzja jistgħu fi kwalunkwe ħin faċilment u effettivament jeskludu x-xogħlijiet jew materjal ieħor tagħhom mill-mekkaniżmu ta' liċenzjar stabbilit skont dan l-Artikolu; u |
(d) | miżuri ta' pubbliċità xierqa huma meħuda, li jibdew minn perijodu raġonevoli qabel ma x-xogħlijiet jew materjal ieħor jintużaw taħt il-liċenzja, biex jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar il-kapaċitàtal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzja għal xogħlijiet jew materjal ieħor, u dwar li l-ħruġ ta' liċenzji li jsir f'konformità ma' dan l-Artikolu, u dwar l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmija fil-punt (c). Il-miżuri ta' pubbliċità għandhom ikunu effikaċi mingħajr il-ħtieġa li jinfurmaw lil kull detentur tad-drittijiet individwalment. |
4. Dan l-Artikolu ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' liċenzjar kollettivi b'effett estiż f'konformità ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet.
Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet.
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/26/UE għandu japplika għall-mekkaniżmu ta' liċenzjar previst minn dan l-Artikolu.
5. Meta Stat Membru jipprevedi fil-liġi nazzjonali tiegħu għal mekkaniżmu ta' liċenzjar f'konformità ma' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, dwar l-għanijiet u t-tipi ta' liċenzji li jistgħu jiġu introdotti skont dawk id-dispożizzjonijiet, dwar id-dettalji ta' kuntatt ta' organizzazzjonijiet li joħorġu l-liċenzji skont dak il-mekkaniżmu tal-liċenzjar, u dwar il-mezzi li bihom tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-liċenzjar u dwar l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.
6. Abbażi tal-informazzjoni li waslet skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, u tad-diskussjonijiet fil-kumitat ta' kuntatt stabbilit fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2001/29/KE, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-10 ta' April 2021, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-użu fl-Unjoni tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-impatt tagħhom fuq il-liċenzjar u d-detenturi tad-drittijiet, inklużi d-detenturi tad-drittijiet li mhumiex membri tal-organizzazzjoni li tagħti l-liċenzji ew li huma ċittadini jew residenti fi Stat Membru ieħor, l-effikaċja tagħhom biex jiffaċilitaw it-tixrid tal-kontenut kulturali, u l-impatt tagħhom fuq is-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi u l-kompetizzjoni transfruntiera. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva, fosthom fir-rigward tal-effett transfruntier ta' tali mekkaniżmi nazzjonali.
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
Artikolu 19
Obbligu ta' trasparenza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awturi u l-artisti jirċievu fuq bażi regolari, ikkonċernati minn tal-inqas darba fis-sena, u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' kull settur, informazzjoni aġġornata, rilevanti u komprensiva dwar l-isfruttament tax-xogħlijiet u l-prestazzjonijiet tagħhom mill-partijiet li lilhom ikunu lliċenzjaw jew ttrasferew id-drittijiet tagħhom jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, b'mod partikolari fir-rigward tal-modi ta' sfruttament, id-dħul iġġenerat u l-ħlas dovut kollu.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew sussegwentement liċenzjati, l-awturi u l-artisti jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom, fuq talba tagħhom, jirċievu, minn persuna b'subliċenzja, informazzjoni addizzjonali, fil-każ li l-ewwel kontroparti kuntrattwali tagħhom ma jkollhiex l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa għall-finijiet tal-paragrafu 1.
Meta dik l-informazzjoni addizzjonali tkun mitluba, l-ewwel kontroparti kuntrattwali tal-awturi u l-artisti għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-identità ta' dawk il-persuni b'subliċenzja.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kwalunkwe talba għal subliċenzjar skont l-ewwel subparagrafu ssir direttament jew indirettament permezz tal-kontroparti kuntrattwali tal-awtur jew tal-artist.
3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun proporzjonat u effettiv bil-għan li jiżgura livell għoli ta' trasparenza f'kull settur. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f'każijiet debitament ġustifikati meta l-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 isir sproporzjonat fid-dawl tad-dħul iġġenerat mill-isfruttament tax-xogħol jew il-prestazzjoni, l-obbligu jkun limitat għat-tipi u l-livell ta' informazzjoni li jistgħu jiġu raġonevolment mistennija f'każijiet bħal dawn.
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika meta l-kontribut ta' awtur jew artist ma jkunx sinifikanti fil-kuntest tal-ħidma globali jew il-prestazzjoni, sakemm l-awtur jew l-artist ma jurix li jeħtieġ l-informazzjoni biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 20(1) u jitlob l-informazzjoni għal dak l-iskop.
5. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li għal ftehimiet soġġetti għal jew ibbażati fuq ftehimiet ta' negozjar kollettiv, ir-regoli ta' trasparenza tal-ftehim ta' negozjar kollettiv rilevanti huma applikabbli bil-kundizzjoni li dawk ir-regoli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4.
6. Fejn ikun applikabbli l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/26/UE, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika fir-rigward tal-ftehimiet konklużi mill-entitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3(a) u (b) ta' dik id-Direttiva jew minn entitajiet oħra soġġetti għar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.
whereas