search


keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0790 MT cercato: 'ewropew' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index ewropew:

    TITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    TITOLU II
    MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

    TITOLU III
    MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

    KAPITOLU 1
    Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

    KAPITOLU 2
    Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv

    KAPITOLU 3
    L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom

    KAPITOLU 4
    Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku

    TITOLU IV
    MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW

    KAPITOLU 1
    Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet

    KAPITOLU 2
    Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online

    KAPITOLU 3
    Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti

    TITOLU V
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas ewropew:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 635

 

Artikolu 12

Ħruġ kollettiv ta' liċenzji b'effett estiż

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, sa fejn jikkonċerna l-użu fit-territorju tagħhom u soġġett għas-salvagwardji previsti minn dan l-Artikolu, li fejn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, li hija soġġetta għar-regoli nazzjonali tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/26/UE, f'konformità mal-mandati tagħha mingħand id-detenturi tad-drittijiet, tidħol fi ftehim ta' liċenzjar għall-isfruttament ta' xogħlijiet jew materjal ieħor:

(a)

tali ftehim jista' jiġi estiż biex japplika għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li ma jkunux awtorizzaw lil dik l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv biex tirrappreżentahom permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor; jew,

(b)

fir-rigward ta' tali ftehim, l-organizzazzjoni għandha mandat legali jew hija preżunta li tirrappreżenta d-detenturi tad-drittijiet li m'awtorizzawx lill-organizzazzjoni kif xieraq.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' liċenzjar imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi applikat biss f'oqsma ta' użu definiti sew, fejn il-ksib ta' awtorizzazzjonijiet mid-detenturi tad-drittijiet fuq bażi individwali ikun tipikament oneruż u mhux prattiku sal-punt li jnaqqas il-probabbiltà li ssir it-tranżazzjoni ta' liċenzjar meħtieġa, minħabba n-natura tal-użu jew tat-tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor ikkonċernati, u għandhom jiżguraw li tali mekkaniżmu ta' liċenzjar jissalvagwardja l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu s-salvagwardji li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv hija, abbażi ta' mandati tagħha, biżżejjed rappreżentattiva tad-detenturi tad-drittijiet fit-tip ta' xogħlijiet jew materjal ieħor u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja, għall-Istat Membru rilevanti;

(b)

id-detenturi tad-drittijiet kollha huma ggarantiti trattament ugwali, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja;

(c)

id-detenturi tad-drittijiet li ma jkunux awtorizzaw l-organizzazzjoni li tagħti l-liċenzja jistgħu fi kwalunkwe ħin faċilment u effettivament jeskludu x-xogħlijiet jew materjal ieħor tagħhom mill-mekkaniżmu ta' liċenzjar stabbilit skont dan l-Artikolu; u

(d)

miżuri ta' pubbliċità xierqa huma meħuda, li jibdew minn perijodu raġonevoli qabel ma x-xogħlijiet jew materjal ieħor jintużaw taħt il-liċenzja, biex jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar il-kapaċitàtal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzja għal xogħlijiet jew materjal ieħor, u dwar li l-ħruġ ta' liċenzji li jsir f'konformità ma' dan l-Artikolu, u dwar l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmija fil-punt (c). Il-miżuri ta' pubbliċità għandhom ikunu effikaċi mingħajr il-ħtieġa li jinfurmaw lil kull detentur tad-drittijiet individwalment.

4.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' mekkaniżmi ta' liċenzjar kollettivi b'effett estiż f'konformità ma' dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jippermettu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/26/UE għandu japplika għall-mekkaniżmu ta' liċenzjar previst minn dan l-Artikolu.

5.   Meta Stat Membru jipprevedi fil-liġi nazzjonali tiegħu għal mekkaniżmu ta' liċenzjar f'konformità ma' dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, dwar l-għanijiet u t-tipi ta' liċenzji li jistgħu jiġu introdotti skont dawk id-dispożizzjonijiet, dwar id-dettalji ta' kuntatt ta' organizzazzjonijiet li joħorġu l-liċenzji skont dak il-mekkaniżmu tal-liċenzjar, u dwar il-mezzi li bihom tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-liċenzjar u dwar l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.

6.   Abbażi tal-informazzjoni li waslet skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, u tad-diskussjonijiet fil-kumitat ta' kuntatt stabbilit fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2001/29/KE, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-10 ta' April 2021, tippreżenta lill-Parlament ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-użu fl-Unjoni tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-impatt tagħhom fuq il-liċenzjar u d-detenturi tad-drittijiet, inklużi d-detenturi tad-drittijiet li mhumiex membri tal-organizzazzjoni li tagħti l-liċenzji ew li huma ċittadini jew residenti fi Stat Membru ieħor, l-effikaċja tagħhom biex jiffaċilitaw it-tixrid tal-kontenut kulturali, u l-impatt tagħhom fuq is-suq intern, inkluż il-forniment transfruntier tas-servizzi u l-kompetizzjoni transfruntiera. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġislattiva, fosthom fir-rigward tal-effett transfruntier ta' tali mekkaniżmi nazzjonali.

KAPITOLU 3

L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom

Artikolu 15

Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi online

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa stabbiliti fi Stat Membru bid-drittijiet previsti mill-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu online tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom min-naħa ta' fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-użi privati jew mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali.

Il-protezzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu m'għandhiex tapplika għal atti ta' hyperlinking.

Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fir-rigward tal-użu ta' kliem individwali jew siltiet qosra ħafna ta' pubblikazzjoni tal-istampa.

2.   Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst mil-liġi tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materjal ieħor inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma għandhomx jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materjal ieħor indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom.

Meta xogħol jew materjal ieħor ikunu inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa fuq il-bażi ta' liċenzja mhux esklużiva, id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu min-naħa ta' utenti awtorizzati oħra. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li l-protezzjoni għalihom tkun skadiet.

3.   L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 2012/28/UE u d-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (19) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu sentejn wara li l-pubblikazzjoni tal-istampa tkun ġiet ippubblikata. Dak it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data li fiha ġiet ippubblikata dik il-pubblikazzjoni.

Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati għall-ewwel darba qabel is-6 ta' Ġunju 2019..

5.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li awturi ta' xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa jirċievu sehem xieraq mid-dħul li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa tagħhom minn fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Artikolu 24

Emendi għad-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE

1.   Id-Direttiva 96/9/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 6(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

meta jsir użu għall-fini biss ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u kemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih;, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).”."

(b)

Fl-Artikolu 9, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

fil-każ ta' estrazzjoni għall-finijiet ta' illustrazzjoni għal tagħlim jew riċerka xjentifika, sakemm ikun indikat l-oriġini tal-materjal u sakemm ikun ġustifikat għall-fini mhux kummerċjali maħsub għalih, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790;”

2.   Id-Direttiva 2001/29/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

rigward l-atti speċifiċi ta' riproduzzjoni magħmula minn libreriji, stabbilimenti edukattivi jew mużewijiet jew arkivji li għandhom aċċess mill-pubbliku, li mhumiex għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (*2);

(*2)  Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).”."

(b)

Fl-Artikolu 5(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

użu għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim jew riċerka xjentifika, kemm-il darba s-sors, inkluż l-isem tal-awtur, tkun indikata, sakemm ma jinstabx li jkun impossibbli u sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti mid-Direttiva (UE) 2019/790;”

(c)

Fl-Artikolu 12(4), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(e)

li jeżamina l-impatt tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/790 dwar il-funzjonament tas-suq intern u biex jiġu enfasizzati kwalunkwe diffikultajiet fit-traspożizzjoni;

(f)

biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar żviluppi rilevanti fil-leġislazzjoni u fil-każistika, kif ukoll fuq l-applikazzjoni prattika tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2019/790;

(g)

biex jiddiskuti kwalunkwe mistoqsija oħra li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/790.”.

Artikolu 30

Rieżami

1.   Mhux aktar tard mis-7 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ewropew.

Il-Kummissjoni għandha, sas-7 ta' Ġunju 2024, tivvaluta l-impatt tar-reġim ta' responsabbiltà speċifiku stabbilit fl-Artikolu 17 applikabbli għall-fornituri ta' servizz tal-kondiviżjoni tal-kontenut online li għandhom fatturat annwali ta' inqas minn EUR 10 miljun u li s-servizzi tagħhom ilhom disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni għal inqas minn tliet snin skont l-Artikolu 17(6) u, jekk xieraq, għandha tieħu azzjoni skont il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 32

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 27.

(2)  ĠU C 207, 30.6.2017, p. 80.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2019.

(4)  Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(5)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

(7)  Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).

(8)  Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16)..

(9)  Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5).

(10)  Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15).

(13)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

(15)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(18)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(19)  Id-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ċerti użi permessi ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6).

(20)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).


whereas









keyboard_arrow_down