keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- Artikolu 3 Obbligu li d-data ta' prodott u ta' servizz relatat issir aċċessibbli għall-utent
- Artikolu 4 Id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti u tad-detenturi tad-data fir-rigward tal-aċċess, l-użu u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data tal-prodott u data tas-servizz relatat
- Artikolu 5 Dritt tal-utent li jikkondividi data ma' partijiet terzi
- Artikolu 6 Obbligi ta' partijiet terzi li jirċievu data fuq talba tal-utent
- Artikolu 7 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-konsumaturi u bejn in-negozji
- Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet li skonthom id-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data
- Artikolu 9 Kumpens biex id-data tkun magħmula disponibbli
- Artikolu 10 Soluzzjoni tat-tilwim
- Artikolu 11 Miżuri tekniċi ta' protezzjoni dwar l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data
- Artikolu 12 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi għad-detenturi tad-data obbligati skont il-liġi tal-Unjonili jagħmlu d-data disponibbli
- Artikolu 13 Termini kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq intrapriża oħra
- Artikolu 14 Obbligu li d-data ssir disponibbli abbażi ta' ħtieġa eċċezzjonali
- Artikolu 15 Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża data
- Artikolu 16 Ir-relazzjoni ma’ obbligi oħra biex id-data ssir disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-Kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew u għall-korpi tal-Unjoni
- Artikolu 17 Talbiet biex data ssir disponibbli
- Artikolu 18 Konformità mat-talbiet għad-data
- Artikolu 19 Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi tal-Unjoni
- Artikolu 20 Kumpens f'każijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali
- Artikolu 21 Kondiviżjoni ta' data miksuba fil-kuntest ta' ħtieġa eċċezzjonali ma' organizzazzjonijiet tar-riċerka jew korpi tal-istatistika
- Artikolu 22 Assistenza reċiproka u kooperazzjoni transfruntiera
- Artikolu 23 Tneħħija tal-ostakli għall-qlib effettiv
- Artikolu 24 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tekniċi
- Artikolu 25 Termini kuntrattwali dwar il-qlib
- Artikolu 26 Obbligu ta' informazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 27 Obbligu ta' bona fide
- Artikolu 28 Obbligi ta' trasparenza kuntrattwali dwar l-aċċess u t-trasferiment internazzjonali
- Artikolu 29 Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
- Artikolu 30 Aspetti tekniċi tal-qlib
- Artikolu 31 Reġim speċifiku għal ċerti servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 32 Aċċess u trasferiment governattiv internazzjonali
- Artikolu 33 Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data
- Artikolu 34 Interoperabbiltà għall-finijiet ta' użu parallel tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 35 Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 36 Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data
- Artikolu 37 Awtoritajiet kompetenti u koordinaturi tad-data
- Artikolu 38 Dritt li jitressaq ilment
- Artikolu 39 Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv
- Artikolu 40 Penali
- Artikolu 41 Mudelli ta' termini kuntrattwali u klawżoli kuntrattwali standard
- Artikolu 42 Rwol tal-EDIB
- Artikolu 43 Bażijiet tad-data li jkun fihom ċerta data
- Artikolu 44 Atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi dwar l-aċċess u l-użu tad-data
- Artikolu 45 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 46 Proċedura ta' kumitat
- Artikolu 47 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/2394
- Artikolu 48 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
- Artikolu 49 Evalwazzjoni u rieżami
- Artikolu 50 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tad-data 22
- tekniċi 8
- fejn 6
- protezzjoni 6
- biex 6
- id-data 6
- miżuri 6
- kummerċjali 5
- skont 5
- mhux 5
- awtorizzati 4
- kwalunkwe 4
- japplika 4
- l-użu 4
- parti 4
- mid-detentur 4
- tad-detentur 4
- data 4
- magħmula 3
- l-istess 3
- disponibbli 3
- aċċess 3
- għandu 3
- terza 3
- inkluż 3
- l-artikolu 3
- id-divulgazzjoni 3
- mal-liġi 2
- tal-unjoni 2
- oħra 2
- hemm 2
- riċevitur 2
- mingħajr 2
- organizzattivi 2
- il-miżuri 2
- lill-utent 2
- ikun 2
- dawn 2
- persuna 2
- id-detentur 2
- terzi 2
- d-data 2
- oġġetti 2
- il-paragrafu 2
- illegalment 2
- permezz 2
- għal 2
- meħuda 2
- lid-detentur 2
- tas-sigriet 2
Artikolu 11
Miżuri tekniċi ta' protezzjoni dwar l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data
1. Detentur tad-data jista' japplika miżuri tekniċi ta' protezzjoni adatti, inkluż kuntratti intelliġenti u kriptaġġ, biex jipprevjeni aċċess mhux awtorizzat għad-data, inkluż metadata , u biex jiżgura l-konformità mal-Artikoli 4, 5, 6, 8 u 9, kif ukoll mat-termini kuntrattwali miftiehma biex id-data tkun magħmula disponibbli. Tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni ma għandhomx jiddiskriminaw bejn ir-riċevituri tad-data jew ifixklu d-dritt ta’ utent li jikseb kopja tad-data, jirkupraha, jużaha jew ikollu aċċess għaliha, biex jipprovdi data lil partijiet terzi skont l-Artikolu 5 jew kwalunkwe dritt ta' parti terza f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. L-utenti, il-partijiet terzi u r-riċevituri tad-data ma għandhomx ibiddlu jew ineħħu tali miżuri tekniċi ta' protezzjoni sakemm ma jkunx hemm qbil mid-detentur tad-data.
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3, il-parti terza jew riċevitur tad-data għandhom jikkonformaw, mingħajr dewmien żejjed, mat-talbiet tad-detentur tad-data u, fejn ikun japplika, u fejn dawn ma jkunux l-istess persuna, id-detentur ta' sigriet kummerċjali jew l-utent:
(a) | iħassru d-data magħmula disponibbli mid-detentur tad-data u kwalunkwe kopja tagħha; |
(b) | itemmu l-produzzjoni, l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' oġġetti, data derivattiva jew servizzi prodotti abbażi tal-għarfien miksub permezz ta' dik id-data, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħżin ta' oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, u jeqirdu kwalunkwe oġġett kontraventorju, fejn ikun hemm riskju serju li l-użu illegali ta' dik id-data jikkawża ħsara sinifikanti lid-detentur tad-data, lid-detentur tas-sigriet kummerċjali jew lill-utent jew fejn tali miżura ma tkunx sproporzjonata fid-dawl tal-interessi tad-detentur tad-data, id-detentur tas-sigriet kummerċjali jew tal-utent; |
(c) | jgħarrfu lill-utent bl-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data u bil-miżuri meħuda biex jitwaqqfu l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data; |
(d) | jikkumpensaw lill-parti li ġarrbet dannu mill-użu ħażin jew mid-divulgazzjoni ta' dik id-data li sar aċċess għaliha jew intużat illegalment. |
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta parti terza jew riċevitur tad-data jkunu:
(a) | għall-finijiet li tinkiseb data, ipprovdew informazzjoni falza lil detentur tad-data, użaw mezzi qarrieqa jew koerċittivi jew abbużaw minn lakuni fl-infrastruttura teknika tad-detentur tad-data mfassla biex tipproteġi d-data; |
(b) | użaw id-data magħmula disponibbli għal finijiet mhux awtorizzati, inkluż l-iżvilupp ta' prodott konness li jikkompeti skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2), il-punt (e); |
(c) | iddivulgaw data illegalment lil parti oħra; |
(d) | ma żammewx il-miżuri tekniċi u organizzattivi miftiehma skont l-Artikolu 5(9); jew |
(e) | biddlu jew neħħew miżuri tekniċi ta' protezzjoni applikati mid-detentur tad-data skont il-paragrafu 1 mingħajr il-qbil tad-detentur tad-data. |
4. Il-paragrafu 2 għandu japplika fejn utent ibiddel jew ineħħi miżuri tekniċi ta' protezzjoni applikati mid-detentur tad-data jew ma jżommx il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda mill-utent bi ftehim mad-detentur tad-data jew, fejn dawn mhumiex l-istess persuna, mad-detentur ta' sigrieti kummerċjali sabiex jippreserva sigrieti kummerċjali, kwalunkwe parti oħra li tkun irċeviet id-data mingħand l-utent permezz ta’ ksur ta' dan ir-Regolament.
5. Meta r-riċevitur tad-data jkun kiser l-Artikolu 6(2), il-punti (a) jew (b), l-utenti għandu jkollhom l-istess drittijiet bħad-detenturi tad-data skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
whereas