keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- Artikolu 3 Obbligu li d-data ta' prodott u ta' servizz relatat issir aċċessibbli għall-utent
- Artikolu 4 Id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti u tad-detenturi tad-data fir-rigward tal-aċċess, l-użu u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data tal-prodott u data tas-servizz relatat
- Artikolu 5 Dritt tal-utent li jikkondividi data ma' partijiet terzi
- Artikolu 6 Obbligi ta' partijiet terzi li jirċievu data fuq talba tal-utent
- Artikolu 7 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji u l-konsumaturi u bejn in-negozji
- Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet li skonthom id-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data
- Artikolu 9 Kumpens biex id-data tkun magħmula disponibbli
- Artikolu 10 Soluzzjoni tat-tilwim
- Artikolu 11 Miżuri tekniċi ta' protezzjoni dwar l-użu jew id-divulgazzjoni mhux awtorizzati tad-data
- Artikolu 12 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi għad-detenturi tad-data obbligati skont il-liġi tal-Unjonili jagħmlu d-data disponibbli
- Artikolu 13 Termini kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq intrapriża oħra
- Artikolu 14 Obbligu li d-data ssir disponibbli abbażi ta' ħtieġa eċċezzjonali
- Artikolu 15 Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża data
- Artikolu 16 Ir-relazzjoni ma’ obbligi oħra biex id-data ssir disponibbli għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-Kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew u għall-korpi tal-Unjoni
- Artikolu 17 Talbiet biex data ssir disponibbli
- Artikolu 18 Konformità mat-talbiet għad-data
- Artikolu 19 Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi tal-Unjoni
- Artikolu 20 Kumpens f'każijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali
- Artikolu 21 Kondiviżjoni ta' data miksuba fil-kuntest ta' ħtieġa eċċezzjonali ma' organizzazzjonijiet tar-riċerka jew korpi tal-istatistika
- Artikolu 22 Assistenza reċiproka u kooperazzjoni transfruntiera
- Artikolu 23 Tneħħija tal-ostakli għall-qlib effettiv
- Artikolu 24 Kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tekniċi
- Artikolu 25 Termini kuntrattwali dwar il-qlib
- Artikolu 26 Obbligu ta' informazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 27 Obbligu ta' bona fide
- Artikolu 28 Obbligi ta' trasparenza kuntrattwali dwar l-aċċess u t-trasferiment internazzjonali
- Artikolu 29 Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
- Artikolu 30 Aspetti tekniċi tal-qlib
- Artikolu 31 Reġim speċifiku għal ċerti servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 32 Aċċess u trasferiment governattiv internazzjonali
- Artikolu 33 Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data
- Artikolu 34 Interoperabbiltà għall-finijiet ta' użu parallel tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 35 Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
- Artikolu 36 Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data
- Artikolu 37 Awtoritajiet kompetenti u koordinaturi tad-data
- Artikolu 38 Dritt li jitressaq ilment
- Artikolu 39 Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv
- Artikolu 40 Penali
- Artikolu 41 Mudelli ta' termini kuntrattwali u klawżoli kuntrattwali standard
- Artikolu 42 Rwol tal-EDIB
- Artikolu 43 Bażijiet tad-data li jkun fihom ċerta data
- Artikolu 44 Atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi dwar l-aċċess u l-użu tad-data
- Artikolu 45 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 46 Proċedura ta' kumitat
- Artikolu 47 Emenda għar-Regolament (UE) 2017/2394
- Artikolu 48 Emenda għad-Direttiva (UE) 2020/1828
- Artikolu 49 Evalwazzjoni u rieżami
- Artikolu 50 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tad-data 16
- disponibbli 9
- skont 7
- jagħmel 6
- tal-unjoni 6
- id-data 6
- riċevitur 5
- konformità 4
- għandux 4
- jekk 3
- il-kapitolu 3
- għandu 3
- mal-liġi 3
- adottata 3
- nazzjonali 3
- kuntrattwali 3
- biex 3
- tkun 3
- inkluż 3
- detentur 2
- huwa 2
- intrapriżi 2
- minn 2
- tal-utent 2
- magħmula 2
- bihom 2
- ir-regolament 2
- d-data 2
- informazzjoni 2
- liġi 2
- għal 2
- relatati 2
- l-artikolu 2
- bejn 2
- leġiżlazzjoni 2
- oħra 2
- applikabbli 2
- hemm 1
- diskriminazzjoni 1
- ebda 1
- kien 1
- turi 1
- esklużiva 1
- tiegħu 1
- bażi 1
- mingħajr 1
- motivata 1
- talba 1
- wara 1
- lir-riċevitur 1
Artikolu 8
Il-kundizzjonijiet li skonthom id-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data
1. Meta, fir-relazzjonijiet bejn in-negozji, detentur tad-data jkun obbligat li jagħmel id-data disponibbli għal riċevitur tad-data skont l-Artikolu 5 jew skont liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra applikabbli adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, huwa għandu jiftiehem ma' riċevitur tad-data dwar l-arranġamenti li bihom jagħmel id-data disponibbli u għandu jagħmel dan skont termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji u b'mod trasparenti f'konformità ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu IV.
2. Terminu kuntrattwali li jikkonċerna l-aċċess għad-data u l-użu tagħha, jew ir-responsabbiltà u r-rimedji għall-ksur jew terminazzjoni ta' obbligi relatati mad-data, ma għandux ikun vinkolanti jekk jikkostitwixxi terminu kuntrattwali inġust skont it-tifsira tal-Artikolu 13 jew jekk, għad-detriment tal-utent, jeskludi l-applikazzjoni ta’, jidderoga minn, jew ivarja l-effett tad-drittijiet tal-utent skont il-Kapitolu II.
3. Detentur tad-data ma għandux jiddiskrimina fir-rigward tal-arranġamenti biex issir disponibbli data bejn kategoriji komparabbli ta' riċevituri tad-data, inkluż intrapriżi sħab jew intrapriżi relatati tad-detentur tad-data meta jagħmel id-data disponibbli. Fejn riċevitur tad-data jqis li l-kundizzjonijiet li bihom id-data tkun saret disponibbli għalih huma diskriminatorji, id-detentur tad-data għandu mingħajr dewmien żejjed jipprovdi lir-riċevitur tad-data, wara talba motivata tiegħu, informazzjoni li turi li ma kien hemm ebda diskriminazzjoni.
4. Detentur tad-data ma għandux jagħmel id-data disponibbli lil riċevitur tad-data, inkluż fuq bażi esklużiva, għajr jekk jintalab jagħmel hekk mill-utent skont il-Kapitolu II.
5. Id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data ma għandhomx ikunu meħtieġa jipprovdu kwalunkwe informazzjoni lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tiġi vverifikata l-konformità mat-termini kuntrattwali miftiehma biex id-data tkun magħmula disponibbli jew mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra applikabbli adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
6. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, inkluż fl-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(9) ta' dan ir-Regolament, jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, obbligu li d-data tkun magħmula disponibbli għal riċevitur tad-data ma għandux jobbliga d-divulgazzjoni ta' sigrieti kummerċjali.
whereas