search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'tal-kummerċjant' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas tal-kummerċjant:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 347

 

Artikolu 9

Integrazzjoni inkorretta tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

Kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tirriżulta mill-integrazzjoni inkorretta tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fl-ambjent diġitali tal-konsumatur, għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali jekk:

(a)

il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien integrat mill-kummerċjant jew taħt ir-responsabbiltà tal-kummerċjant; or

(b)

il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien maħsub li jiġi integrat mill-konsumatur u l-integrazzjoni żbaljata kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-integrazzjoni pprovduti mill-kummerċjant.

Artikolu 11

Responsabbiltà tal-kummerċjant

1.   Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.

3.   Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.

Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

Rimedji għan-nuqqas ta' konformità

1.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:

(a)

il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u

(b)

is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità.

3.   Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

4.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2;

(b)

il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3;

(c)

nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità;

(d)

in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew

(e)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

5.   It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.

Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.

6.   Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.

Artikolu 16

Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni

1.   Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.

Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.

2.   Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:

(a)

ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant;

(b)

ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant;

(c)

ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew

(d)

ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

4.   Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.

Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.

5.   Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

Artikolu 17

Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni

1.   Wara li l-kuntratt jiġi terminat, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi.

2.   Fejn il-kontenut diġitali jkun ġie pprovdut fuq mezz tanġibbli, fuq talba u bi spejjeż tal-kummerċjant, il-konsumatur għandu jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant, mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-kummerċjantjiddeċiedi li jitlob lura l-mezz tanġibbli, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum li fih il-kummerċjantjiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.

3.   Il-konsumatur ma għandu jkun responsabbli li jħallas għal ebda użu li jsir mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali fil-perjodu qabel ma jiġi terminat il-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.

Artikolu 22

Natura obbligatorja

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'din id-Direttiva, kwalunkwe klawżola kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, teskludi l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tidderoga minnhom jew tvarja l-effetti tagħhom qabel ma n-nuqqas ta' provvista jew in-nuqqas ta' konformità jinġieb għall-attenzjoni tal-kummerċjant mill-konsumatur jew qabel ma l-modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, f'konformità mal-Artikolu 19 tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumatur mill-kummerċjant, ma għandhiex tkun vinkolanti fuq il-konsumatur.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-kummerċjant milli joffri lill-konsumatur arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista f'din id-Direttiva.


whereas









keyboard_arrow_down