search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'konkluż' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 5

Provvista tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali

1.   Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lill-konsumatur. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa l-obbligu ta' provvista meta:

(a)

il-kontenut diġitali jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil ta' kontenut diġitali jiġi magħmul disponibbli għall-konsumatur, jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop;

(b)

is-servizz diġitali jiġi magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop.

Artikolu 7

Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità

Sabiex jikkonforma mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu, b'mod partikolari, fejn applikabbli:

(a)

ikun tad-deskrizzjoni, il-kwantità u l-kwalità, u għandu jkollu funzjonalità, kompatibbiltà, interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt;

(b)

ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-kummerċjant dwaru sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u f’liema rigward l-kummerċjant ta l-aċċettazzjoni tiegħu;

(c)

ikun ipprovdut mal-aċċessorji kollha, istruzzjonijiet, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif jirrikjedi l-kuntratt; u

(d)

ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt.

Artikolu 8

Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità

1.   Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:

(a)

ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur;

(b)

ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:

(i)

il-kummerċjant ma kienx, u ma setax raġonevolment ikun, konxju tad-dikjarazzjoni pubblika inkwistjoni;

(ii)

sal-mument li fih ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni pubblika kienet ġiet korretta bl-istess mod jew b'mod komparabbli mal-mod kif kienet saret; jew

(iii)

id-deċiżjoni li jinkiseb il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni pubblika;

(c)

fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u

(d)

jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:

(a)

li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or

(b)

li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista;

3.   Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:

(a)

il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u

(b)

in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant.

4.   Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.

5.   Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.

6.   Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.

Artikolu 12

Oneru tal-provi

1.   L-oneru tal-provi fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunx ġie pprovdut f'konformità mal-Artikolu 5 għandu jkun fuq il-kummerċjant.

2.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità fil-mument tal-provvista, għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti fi żmien perjodu ta' sena mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun ġie pprovdut.

3.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità matul il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut taħt il-kuntratt għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti matul dak il-perjodu.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-kummerċjant juri bil-provi li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżiti b'mod ċar u li jinftiehem qabel ma jkun ġie konkluż il-kuntratt.

5.   Il-konsumatur għandu jikkoopera mal-kummerċjant, sa fejn ikun raġonevolment possibbli u neċessarju, biex jiġi aċċertat jekk il-kawża għan-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, kinitx tinsab fl-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu jkun limitat għall-mezzi teknikament disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos milli jikkoopera u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżit b'mod ċar u komprensibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-oneru tal-provi fir-rigward ta'jekk in-nuqqas ta' konformità kienx jeżisti fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, għandu jkun fuq il-konsumatur.

Artikolu 13

Rimedju għan-nuqqas ta' provvista

1.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:

(a)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

(b)

il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument;

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu publikati uffiċjalament. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022 bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19 u 20 ta’ din id-Direttiva li għandhom japplikaw biss għall-kuntratti konklużi minn dik id-data.


whereas









keyboard_arrow_down