keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 72
- konformità 39
- is-servizz 30
- għandu 25
- jkun 20
- ikun 16
- l-kontenut 15
- żmien 14
- għal 14
- jekk 13
- il-kontenut 13
- il-kummerċjant 13
- nuqqas 11
- meta 11
- mingħajr 10
- l-kuntratt 10
- perjodu 10
- jiġi 10
- pprovdut 9
- fl-artikolu 8
- skont 8
- jkunx 8
- lill-konsumatur 7
- jsir 7
- mal-paragrafu 7
- apparenti 7
- il-konsumatur 7
- ġie 6
- il-kuntratt 6
- jittermina 6
- tal-kontenut 6
- intitolat 6
- kwalunkwe 6
- tal-provi 6
- biss 5
- l-kummerċjant 5
- tas-servizz 5
- in-nuqqas 5
- artikolu 5
- mill-mument 5
- stabbiliti 5
- dwar 5
- kienx 5
- l-oneru 4
- għall-konsumatur 4
- il-modifika 4
- responsabbli 4
- limitazzjoni 4
- l-artikoli 4
- fil-mument 4
Artikolu 7
Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità
Sabiex jikkonforma mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu, b'mod partikolari, fejn applikabbli:
(a) | ikun tad-deskrizzjoni, il-kwantità u l-kwalità, u għandu jkollu funzjonalità, kompatibbiltà, interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt; |
(b) | ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-kummerċjant dwaru sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u f’liema rigward l-kummerċjant ta l-aċċettazzjoni tiegħu; |
(c) | ikun ipprovdut mal-aċċessorji kollha, istruzzjonijiet, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif jirrikjedi l-kuntratt; u |
(d) | ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt. |
Artikolu 11
Responsabbiltà tal-kummerċjant
1. Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5.
2. Meta kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità taħt l-Artikoli 7, 8 u 9 li jeżisti fil-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, il-kummerċjant ikun responsabbli biss għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti f'perjodu ta' żmien wara l-provvista, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn sentejn mill-mument tal-provvista, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 8(2).
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti fil-ħin indikat fl-ewwel subparagrafu u jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien indikat fit-tieni subparagrafu.
3. Fejn il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa matul perjodu ta' żmien, il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità skont l-Artikoli 7, 8 u 9, li jsir apparenti fil-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut skont il-kuntratt.
Jekk, skont il-liġi nazzjonali, id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ikunu wkoll soġġetti jew soġġetti biss għal perjodu ta' limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta' limitazzjoni jkun jippermetti lill-konsumatur li jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 14 għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jseħħ jew li jsir apparenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 12
Oneru tal-provi
1. L-oneru tal-provi fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkunx ġie pprovdut f'konformità mal-Artikolu 5 għandu jkun fuq il-kummerċjant.
2. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità fil-mument tal-provvista, għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti fi żmien perjodu ta' sena mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun ġie pprovdut.
3. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3), l-oneru tal-provi, fir-rigward ta' jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx f'konformità matul il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut taħt il-kuntratt għandu jkun fuq il-kummerċjant għal nuqqas ta' konformità li jsir apparenti matul dak il-perjodu.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-kummerċjant juri bil-provi li l-ambjent diġitali tal-konsumatur mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżiti b'mod ċar u li jinftiehem qabel ma jkun ġie konkluż il-kuntratt.
5. Il-konsumatur għandu jikkoopera mal-kummerċjant, sa fejn ikun raġonevolment possibbli u neċessarju, biex jiġi aċċertat jekk il-kawża għan-nuqqas ta' konformità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, kinitx tinsab fl-ambjent diġitali tal-konsumatur. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu jkun limitat għall-mezzi teknikament disponibbli li jkunu l-inqas intrużivi għall-konsumatur. Meta l-konsumatur jonqos milli jikkoopera u meta l-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur b'tali rekwiżit b'mod ċar u komprensibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-oneru tal-provi fir-rigward ta'jekk in-nuqqas ta' konformità kienx jeżisti fil-mument speċifikat fl-Artikolu 11(2) jew (3), kif applikabbli, għandu jkun fuq il-konsumatur.
Artikolu 14
Rimedji għan-nuqqas ta' konformità
1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:
(a) | il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u |
(b) | is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. |
3. Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
4. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) | ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2; |
(b) | il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3; |
(c) | nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità; |
(d) | in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew |
(e) | il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.
Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
6. Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
whereas