search


keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0771 MT cercato: 'tad-direttiva' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index tad-direttiva:


whereas tad-direttiva:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 113

 

Artikolu 22

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE

(1)   Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”.

(2)   Fl-Anness I tad-direttiva 2009/22/KE, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”.

Artikolu 23

Tħassir tad-direttiva 1999/44/KE

Id-Direttiva 1999/44/KE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 25

Rieżami

Sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rimedji u l-oneru tal-provi – anki fir-rigward ta’ oġġetti użati u oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi – u l-garanzija kummerċjali tal-produttur dwar id-durabbiltà, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas konsistenti u koerenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut diġitali, servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.


whereas









keyboard_arrow_down