keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- whereas (2) 1
- whereas (6) 3
- whereas (9) 3
- whereas (10) 2
- whereas (11) 4
- whereas (12) 2
- whereas (13) 6
- whereas (14) 1
- whereas (15) 2
- whereas (16) 7
- whereas (17) 4
- whereas (18) 6
- whereas (19) 1
- whereas (21) 4
- whereas (23) 4
- whereas (24) 1
- whereas (25) 1
- whereas (26) 1
- whereas (29) 1
- whereas (30) 2
- whereas (32) 2
- whereas (33) 2
- whereas (35) 1
- whereas (36) 1
- whereas (38) 3
- whereas (41) 2
- whereas (42) 2
- whereas (44) 2
- whereas (47) 1
- whereas (55) 1
- whereas (56) 2
- whereas (59) 1
- whereas (60) 2
- whereas (61) 2
- whereas (62) 7
- whereas (63) 2
- whereas (65) 1
- whereas (66) 4
- whereas (67) 2
- whereas (68) 3
- whereas (69) 1
- whereas (70) 2
- whereas (71) 3
- whereas (72) 1
- artikolu 106
- ta’ 87
- id-direttiva 40
- dwar 21
- diġitali 20
- għal 16
- ewropew 15
- minn 14
- oġġetti 14
- konformità 13
- //ke 13
- tal-kunsill 13
- tfisser 13
- jekk 13
- membri 12
- tal-parlament 12
- kwalunkwe 12
- għandhom 12
- l-oġġetti 11
- f’konformità 11
- subparagrafu 10
- tal-oġġetti 9
- ikun 9
- punt 9
- għandu 8
- tal-konsumatur 8
- nazzjonali 8
- il-bejjiegħ 8
- tagħhom 8
- skont 7
- tal-bejgħ 7
- dawk 7
- jiġu 7
- l-istati 7
- kuntratti 7
- kontenut 7
- servizz 6
- l-artikolu 6
- d-direttiva 6
- din 6
- jkun 6
- jkunx 6
- tal- 6
- ċerti 6
- għandhiex 6
- servizzi 5
- l-ewwel 5
- mhux 5
- il-persuna 5
- biex 5
Artikolu 1
Suġġett u skop
L-iskop ta’ din id-direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kuntratti ta’ bejgħ konklużi bejn bejjiegħa u konsumaturi, b’mod partikolari regoli dwar il-konformità tal-oġġetti mal-kuntratt, rimedji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità bħal din, il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawk ir-rimedji, u dwar garanziji kummerċjali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kull kuntratt li bih il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi sjieda ta’ oġġetti lil konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom; |
(2) | “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b’rabta ma’ kuntratti koperti minn din id-direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
(3) | “bejjiegħ” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta’ sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta’ dik il-persuna, fir-rigward ta’ kuntratti koperti minn din id-direttiva; |
(4) | “produttur” tfisser manifattur tal-oġġetti, importatur tal-oġġetti fl-Unjoni jew kwalunkwe persuna li ssostni li hija produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti; |
(5) | “oġġetti” tfisser:
|
(6) | “kontenut diġitali” tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f’forma diġitali; |
(7) | “servizz diġitali” tfisser:
|
(8) | “kompatibbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software li normalment jintużaw magħhom oġġetti tal-istess tip, mingħajr il-bżonn li l-oġġetti, hardware jew software jiġu kkonvertiti; |
(9) | “funzjonalità” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-dawl tal-iskop tagħhom; |
(10) | “interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software differenti minn dawk li magħhom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip; |
(11) | “mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti li l-konsumatur jew il-bejjiegħ jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dik il-persuna b’mod li hu aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna; |
(12) | “garanzija kummerċjali” tfisser kull impenn mill-bejjiegħ jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tal-bejjiegħ dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimborż tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti bi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu; |
(13) | “durabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni tagħhom f’użu normali; |
(14) | “mingħajr ħlas” tfisser ħielsa mill-ispejjeż neċessarji magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tal-ġarr, tax-xogħol jew tal-materjali; |
(15) | “irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi jkunu offruti minn bejjiegħ lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibbiltà li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura ta’ offerti trasparenti u kompetittiva mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ ikun obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-direttiva għandha tapplika għall-kuntratti ta’ bejgħ bejn konsumatur u bejjiegħ.
2. Kuntratti bejn konsumatur u bejjiegħ għall-provvista ta’ oġġetti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti għandhom jitqiesu wkoll bħala kuntratti ta’ bejgħ għall-iskop ta’ din id-direttiva.
3. Din id-direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali. Madankollu, għandha tapplika għal kontenut jew servizzi diġitali li jkunu inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, fis-sens tal-punt (5)(b) tal-Artikolu 2, u li jiġu pprovduti mal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk tali kontenut jew servizz diġitali jkunx fornut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F’każ ta’ dubju dwar jekk il-provvista ta’ kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt tal-bejgħ.
4. Din id-direttiva ma għandhiex tapplika għal:
(a) | kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklużivament bħala trasportatur għall-kontenut diġitali; jew |
(b) | kwalunkwe oġġett mibjugħ b’eżekuzzjoni jew bl-awtorità tal-liġi. |
5. L-Istati jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva kuntratti għall-bejgħ ta’:
(a) | oġġetti użata mibjugħa b’subbasta; u |
(b) | annimali ħajjin. |
Fil-każ imsemmi fil-punt (a), għandha titqiegħed faċilment għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni ċara u komprensiva li d-drittijiet li joħorġu minn din id-direttiva ma japplikawx.
6. Din id-direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ kuntratt, dment li dawn ma jkunux regolati f’din id-direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
7. Din id-direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku, jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jsir evidenti f’perjodu wara l-konsenja, li ma jaqbiżx it-30 jum. Barra minn hekk, din id-direttiva m’ għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali mhux speċifiċi għal kuntratti tal-konsumatur li jipprovdu rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta’ difetti li ma kinux jidhru fil-mument tal-għeluq tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 4
Livell ta’ armonizzazzjoni
L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-direttiva ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 13
Rimedji għal nuqqas ta’ konformità
1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-oġġetti miġjuba f’konformità jew li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, il-konsumatur jista’ jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni, sakemm ir-rimedju magħżul, ma jkunx impossibbli jew, meta mqabbel mar-rimedju l-ieħor, jimponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:
(a) | il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità; |
(b) | is-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità; u |
(c) | jekk ir-rimedju alternattiv jistax jiġi pprovdut mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
3. Il-bejjiegħ jista’ jirrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità jekk it-tiswija u s-sostituzzjoni jkunu impossibbli jew jimponu spejjeż sproporzjonati fuqu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha inklużi dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.
4. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz f’konformità mal-Artikolu 15 jew għat-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’konformità mal-Artikolu 16 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) | il-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni jew, jekk applikabbli, ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) u (3), jew il-bejjiegħ ikun irrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) | jitfaċċa nuqqas ta’ konformità minkejja li l-bejjiegħ ikun ipprova jġib l-oġġetti f’konformità; |
(c) | in-nuqqas ta’ konformità tant ikun ta’ natura serja li jiġġustifika tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ; jew |
(d) | il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun ċar miċ-ċirkustanzi, li l-bejjiegħ ma jkunx se jġib l-oġġetti f’konformità fi żmien raġonevoli, jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. Il-konsumatur ma għandux ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun biss wieħed minuri. Il-bejjiegħ għandu jkollu l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx wieħed minuri.
6. Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li ma jħallas l-ebda parti pendenti mill-prezz jew biċċa minnu sakemm il-bejjiegħ ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet biex il-konsumatur jeżerċita d-dritt li jżomm il-pagament.
7. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk u kemm il-kontribut tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità jaffettwax id-dritt tal-konsumatur għal rimedju.
Artikolu 19
Infurzar
1. L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma’ din id-direttiva.
2. Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva:
(a) | korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) | organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumatur; |
(c) | organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li tittieħed azzjoni. |
Artikolu 20
Informazzjoni għall-konsumatur
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tal-konsumaturi skont din id-direttiva, u dwar il-mezzi biex jiġu infurzati dawk id-drittijiet.
Artikolu 21
Natura obbligatorja
1. Sakemm mhux previst mod ieħor f’din id-direttiva, kwalunkwe ftehim kuntrattwali li, għad-detriment tal-konsumatur, jeskludi l-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva, jidderoga minnhom, jew ivarja l-effetti tagħhom, qabel ma l-konsumatur jiġbed l-attenzjoni tal-bejjiegħ dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti, ma għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur.
2. Din id-direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-bejjiegħ milli joffri lill-konsumatur arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista f’din id-direttiva.
Artikolu 22
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2394 u d-direttiva 2009/22/KE
(1) Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2017/2394, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. | Id-direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”. |
(2) Fl-Anness I tad-direttiva 2009/22/KE, il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7. | Id-direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-direttiva 2009/22/KE u li tħassar id-direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”. |
Artikolu 23
Tħassir tad-direttiva 1999/44/KE
Id-direttiva 1999/44/KE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.
Ir-referenzi għad-direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-direttiva.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 25
Rieżami
Sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rimedji u l-oneru tal-provi – anki fir-rigward ta’ oġġetti użati u oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi – u l-garanzija kummerċjali tal-produttur dwar id-durabbiltà, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva u tad-direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas konsistenti u koerenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut diġitali, servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 22 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2019.
(3) Id-direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(4) Id-direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(6) Id- Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9) Id-direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 1999/44/KE | Din id-direttiva |
Artikolu 1(1) | Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) (a) | Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 1(2) (b), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(4)(b) |
Artikolu 1(2) (b), it-tieni u t-tielet inċiż | Artikolu 2, punt (5)(a) |
Artikolu 1(2) (c) | Artikolu 2, punt (3) |
Artikolu 1(2) (d) | Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 1(2) (e) | Artikolu 2, punt (12) |
Artikolu 1(3) | Artikolu 2, punt (15) u l-Artikolu 3(5)(a) |
Artikolu 1(4) | Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(1) | Artikolu 5 |
Artikolu 2(2) (a) | Artikolu 6, punt (a) u l-Artikolu 7(1) (b) |
Artikolu 2(2) (b) | Artikolu 6, punt (b) |
Artikolu 2(2) (c) | Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 2(2) (d) | Artikolu 7(1)(d) |
Artikolu 2(3) | Artikolu 7(5) |
Artikolu 2(4) | Artikolu 7(2) |
Artikolu 2(5) | Artikolu 8 |
Artikolu 3(1) | Artikolu 10(1) |
Artikolu 3(2) | Artikolu 13(1) |
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(1)(a) |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 13(2) |
Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu | Artikolu 14(1)(b) u (c) |
Artikolu 3(4) | Artikolu 2, punt (14) |
Artikolu 3(5) | Artikolu 13(4) |
Artikolu 3(6) | Artikolu 13(5) |
Artikolu 4 | Artikolu 18 |
Artikolu 5(1) | Artikolu 10(1), (2), (3), (4) u (5) |
Artikolu 5(2) | Artikolu 12 |
Artikolu 5(3) | Artikolu 11 |
Artikolu 6(1) | Artikolu 17(1) |
Artikolu 6(2) | Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(3) | Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(4) | Artikolu 17(4) |
Artikolu 6(5) | Artikolu 17(3) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 21(1) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(6) |
Artikolu 7(2) | — |
Artikolu 8(1) | Artikolu 3(6) u (7) |
Artikolu 8(2) | Artikolu 4 |
Artikolu 9 | Artikoli 19 u 20 |
Artikolu 10 | Artikolu 22 |
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 24(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11(2) | Artikolu 24(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 12 | Artikolu 25 |
Artikolu 13 | Artikolu 26 |
Artikolu 14 | Artikolu 27 |
whereas