(1) Bħala kontribut għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hemm bżonn li jitwessa' t-tixrid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għall-benefiċċju tal-utenti madwar l-Unjoni, billi jeħfief il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu f'xandiriet ta' ċerti tipi ta' programmi tat-televiżjoni u r-radju.
Il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju huma mezzi importanti li jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika, il-koeżjoni soċjali u li jżidu l-aċċess għall-informazzjoni.
- = -
(2) L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-Internet biddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom.
Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta' mezzi tradizzjonali, bħas-satellita jew il-kejbil, u anki b'servizzi online.
Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għal tali xandiriet, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni.
L-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni, li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f'pakketti u jipprovduhom lill-utenti b'mod simultanju mal-ewwel trażmissjoni ta' dawk ix-xandiriet, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki ta' ritrażmissjoni, bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, u netwerks taċ-ċirkwit mobbli jew magħluqin ibbażati fuq l-IPs, kif ukoll l-Internet miftuħ.
Barra minn hekk, l-operaturi li jiddistribwixxu l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju lill-utenti għandhom modi differenti biex jiksbu sinjali li jwasslu l-programmi ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, inkluż permezz ta' injezzjoni diretta.
Kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess, min-naħa tal-utenti, għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra.
Dawn l-utenti jinkludu membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni, kif ukollpersuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.
- = -
(4) L-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni, li tipikament joffru bosta programmi magħmula minn diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor, u jkollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u, għalhekk, ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.
L-awturi, il-produtturi u detenturi oħrajn tad-drittijiet jirriskjaw ukoll li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu użati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas xieraq lilhom.
Tali remunerazzjoni għar-ritrażmissjoni tax-xogħlijiet tagħhom u ta' materjal protett ieħor hija importanti biex jiġi żgurat li jkun hemm offerta ta' kontenut varjat, li tkun ukoll fl-interess tal-konsumaturi.
- = -
(5) Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni għad-detenturi tad-drittijiet.
- = -
(6) Id-Direttiva 93/83/KEE (5) tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva dwar it-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma limitati għat-trażmissjonijiet bis-satellita u għalhekk ma japplikawx għas-servizzi online anċillari għax-xandiriet.
Barra minn hekk, filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra huma limitati għat-trażmissjonijiet mill-ġdid simultanji, mhux mibdulin u mhux imqassrin bil-kejbil jew b'sistemi microwave u ma jkoprux trażmissjonijiet mill-ġdid permezz ta' teknoloġiji oħra.
- = -
(7) Għaldaqstant, il-forniment transfruntier tas-servizzi online li huma anċillari għax-xandiriet, u t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, jenħtieġ li jeħfiefu billi jiġi adattat il-qafas ġuridiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet.
Dak l-adattament jenħtieġ li jsir billi jittieħed kont tal-finanzjament u l-produzzjoni ta' kontenut kreattiv, u b'mod partikolari, tax-xogħlijiet awdjoviżivi.
- = -
(10) Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-mekkaniżmi tal-finanzjament u tal-liċenzjar għal ċerti xogħlijiet awdjoviżivi, li ta' spiss ikunu bbażati fuq liċenzjar territorjali esklużiv, huwa xieraq, fir-rigward tal-programmi tat-televiżjoni, li jiġi limitat il-kamp ta' applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'din id-Direttiva għal ċerti tipi ta' programmi.
Dawk it-tipi ta' programmi jenħtieġ li jinkludu programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti kif ukoll produzzjonijiet proprji ta' organizzazzjoni tax-xandir li jkunu ffinanzjati esklussivament minnha, inkluż fejn il-fondi għall-finanzjament użati mill-organizzazzjoni tax-xandir għall-produzzjonijiet tagħha jiġu minn fondi pubbliċi.
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-produzzjonijiet proprji tal-organizzazzjonijiet tax-xandir jenħtieġ li jinftiehmu li jkopru produzzjonijiet imwettqa minn organizzazzjoni tax-xandir bl-użu tar-riżorsi proprji, iżda jeskludu produzzjonijiet ikkummissjonati mill-organizzazzjoni tax-xandir lil produtturi li jkunu indipendenti mill-organizzazzjoni tax-xandir u l-koproduzzjonijiet.
Għall-istess raġunijiet, il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jenħtieġ li ma japplikax għax-xandir bit-televiżjoni ta' avvenimenti sportivi skont din id-Direttiva.
Il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jenħtieġ li japplika biss meta l-programmi jintużaw mill-organizzazzjoni tax-xandir fis-servizzi online anċillari tagħha stess. Jenħtieġ li ma japplikax għal-liċenzjar tal-produzzjonijiet proprji ta' organizzazzjoni tax-xandir lil partijiet terzi, inkluż lil organizzazzjonijiet oħra tax-xandir.
Il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jenħtieġ li ma jaffettwax il-libertà tad-detenturi tad-drittijiet u lill-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jaqblu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, dwar il-limitazzjonijiet, inklużi l-limitazzjonijiet territorjali, għall-isfruttament tad-drittijiet tagħhom.
- = -
(12) Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom taħt din-id-Direttiva, jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, huwa neċessarju li jkun żgurat li fl-iffissar tal-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, inkluż it-tul ta' żmien tad-disponibbiltà online tal-programmi inklużi fis-servizz, l-udjenza, inkluż l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u użat is-servizz online anċillari, kif ukoll jiġu pprovduti l-verżjonijiet tal-lingwa.
Madankollu jenħtieġ li jibqa' possibbli li jintużaw metodi speċifiċi għall-kalkolu tal-ammont tal-ħlas għad-drittijiet soġġetti għall-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini, bħal metodi ibbażati fuq id-dħul tal-organizzazzjoni tax-xandir iġġenerat mis-servizz online, li huma użati, b'mod partikolari, mill-organizzazzjonijiet tax-xandir tar-radju.
- = -
(15) Sabiex jittrażmettu mill-ġdid it-trażmissjonijiet inizjali tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, l-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni għandhom jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-dritt esklużiv tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor.
Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u sabiex jingħelbu d-disparitajiet fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi ta' ritrażmissjoni, jenħtieġ li japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għar-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE.
Ir-regoli taħt dik id-Direttiva li jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
Taħt dawk ir-regoli, id-dritt ta' għoti jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni bħala tali jibqa' intatt, u huwa biss l-eżerċizzju ta' dak id-dritt li huwa sa ċertu punt irregolat.
Id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jirċievu remunerazzjoni xierqa għar-ritrażmissjoni tax-xogħlijiet tagħhom u ta' materjal protett ieħor.
Meta jiġu ddeterminati termini ta' liċenzjar raġonevoli, inkluża t-tariffa tal-liċenzja, għal ritrażmissjoni f'konformità mad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li, fost l-oħrajn, jiġi kkunsidrat il-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati, inkluż il-valur allokat għall-mezzi ta' ritrażmissjoni.
Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju kollettiv tad-dritt tal-ħlas ta' remunerazzjoni unika u ekwa għall-artisti u l-produtturi ta' fonogrammi għall-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' fonogrammi kummerċjali kif previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE u d-Direttiva 2014/26/UE, b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet tagħhali għandhomx'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
- = -
(21) Meta l-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom direttament lill-pubbliku, u b'hekk iwettqu att inizjali ta' trażmissjoni, u b'mod simultanju wkoll jitrażmettu dawk is-sinjali lil organizzazzjonijiet oħra permezz tal-proċess tekniku ta' injezzjoni diretta, pereżempju biex tiġi żgurata l-kwalità tas-sinjali għall-finijiet ta' ritrażmissjoni, it-trażmissjonijiet minn dawk l-organizzazzjonijiet l-oħra jikkostitwixxu att separat ta' komunikazzjoni lill-pubbliku minn dak imwettaq mill-organizzazzjoni tax-xandir.
F'dawk is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li japplikaw ir-regoli dwar it-trażmissjonijiet mill-ġdid stabbiliti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 93/83/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.
- = -
(26) Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari li tippromwovi l-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għal ċerti tipi ta' programmi u li tħaffef it-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
Rigward il-forniment transfruntier ta' ċerti servizzi online anċillari tax-xandara, din id-Direttiva ma tobbligax lill-organizzazzjonijiet tax-xandir jipprovdu tali servizzi b'mod transfruntier.
Din id-Direttiva lanqas ma tobbliga lill-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni biex fis-servizzi tagħhom jinkludu programmi tat-televiżjoni jew tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra.
Din id-Direttiva tikkonċerna biss l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet ta' ritrażmissjoni sakemm ikun meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal tali servizzi, u rigward il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra.
- = -