keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 2 Definizzjonijiet
- 3 Artikolu 4 L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir
- 1 Artikolu 5 L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mill-organizzazzjonijiet tax-xandir
- 2 Artikolu 6 Medjazzjoni
- 1 Artikolu 9 Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE
- ritrażmissjoni 16
- tax-xandir 13
- tad-drittijiet 11
- għal 10
- minn 9
- organizzazzjoni 8
- għandhom 8
- kollettiv 8
- tal-immaniġġjar 7
- membru 6
- tagħha 6
- membri 6
- organizzazzjonijiet 6
- jiżguraw 5
- tas-servizzi 5
- mhux 5
- l-operatur 5
- artikolu 5
- servizz 5
- tfisser 5
- l-organizzazzjoni 5
- tkun 5
- inizjali 5
- //kee 4
- trażmissjoni 4
- fejn 4
- jwasslu 4
- l-awtorizzazzjoni 4
- online 4
- bejn 3
- id-drittijiet 3
- id-direttiva 3
- l-istati 3
- permezz 3
- tiegħu 3
- l-programmi 3
- jkunux 3
- biex 3
- ieħor 3
- awtorizzazzjoni 3
- jikseb 3
- l-istati 3
- ikun 3
- programmi 3
- fir-ritrażmissjoni 3
- tat-televiżjoni 3
- tar-radju 3
- ir-ritrażmissjoni 3
- jkun 3
- definit 3
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “servizz online anċillari” tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu ta' żmien definit mix-xandira tagħhom, kif ukoll ta' kull materjal li jkun anċillari għal tali xandira; |
(2) | “ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:
|
(3) | “ambjent immaniġġjat” tfisser ambjent fejn operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni jipprovdi ritrażmissjoni sikura lill-utenti awtorizzati; |
(4) | “injezzjoni diretta” tfisser proċess tekniku li permezz tiegħu organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil organizzazzjonijiet li ma jkunux organizzazzjonijiet tax-xandir b'tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku waqt dik it-trażmissjoni. |
KAPITOLU II
Servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir
Artikolu 4
L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir
1. Atti ta' ritrażmissjoni ta' programmi għandhom jiġu awtorizzati mid-detenturi tad-dritt esklussiv ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
2. Meta detentur tad-drittijiet ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, għandha titqies li għandha d-dritt li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni għal dak id-detentur tad-drittijiet.
Madankollu, fejn aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, biex jiddeċiedi liema organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv ikollhom id-dritt li jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-drittijiet ikollu l-istess drittijiet u obbligi li joħorġu minn ftehim bejn operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li jaġixxu skont il-paragrafu 2 jew 3, daqs id-detenturi tad-drittijiet li jkunu taw il-mandat lil dik l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dak id-detentur tad-drittijiet ikun jista' jinvoka dawk id-drittijiet f'perjodu taż-żmien, stabbilit mill-Istat Membru konċernat, li ma jkunx iqsar minn tliet snin mid-data ta' ritrażmissjoni li tinkludi x-xogħol tiegħu jew tagħha jew materjal protett ieħor.
Artikolu 5
L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mill-organizzazzjonijiet tax-xandir
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 4 ma japplikax għad-drittijiet fir-ritrażmissjoni eżerċitati minn organizzazzjoni tax-xandir għar-rigward ta' trażmissjoni tagħha stess, irrispettivament minn jekk id-drittijiet inkwistjoni jkunux tagħha jew ikunux ġew ittrasferiti lilha mingħand detenturi oħrajn tad-drittijiet tal-awtur jew ta' drittijiet relatati.
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fejn organizzazzjonijiet tax-xandir u l-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni jidħlu f'negozjati rigward l-awtorizzazzjoni għar-ritrażmissjoni skont din id-Direttiva, dawk in-negozjati jsiru b'rieda tajba.
Artikolu 6
Medjazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli li tintalab l-assistenza ta' medjatur wieħed jew aktar kif previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 93/83/KEE wkoll meta ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim bejn l-organizzazzjoni ta'mmaniġġjar kollettiv u l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni, jew bejn l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u l-organizzazzjoni tax-xandir rigward awtorizzazzjoni għar-ritrażmissjoni ta' xandiriet.
Artikolu 9
Emendi għad-Direttiva 93/83/KEE
Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/83/KEE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “ritrasmissjoni bil-cable” tfisser ir-ritrasmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra permezz ta' sistema tal-cable jew microwave għar-reception mill-pubbliku ta' trasmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor, bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba għal reception mill-pubbliku, irrispettivament mill-mod kif l-operatur ta' servizz ta' ritrasmissjoni bil-cable jikseb is-sinjali li jwasslu l-programmi mill-organizzazzjoni tax-xandir għal finijiet ta' ritrasmissjoni.”
whereas