(6) Id-Direttiva 93/83/KEE (5) tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva dwar it-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma limitati għat-trażmissjonijiet bis-satellita u għalhekk ma japplikawx għas-servizzi online anċillari għax-xandiriet.
Barra minn hekk, filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra huma limitati għat-trażmissjonijiet mill-ġdid simultanji, mhux mibdulin u mhux imqassrin bil-kejbil jew b'sistemi microwave u ma jkoprux trażmissjonijiet mill-ġdid permezz ta' teknoloġiji oħra.
- = -
(15) Sabiex jittrażmettu mill-ġdid it-trażmissjonijiet inizjali tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, l-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni għandhom jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-dritt esklużiv tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor.
Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u sabiex jingħelbu d-disparitajiet fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi ta' ritrażmissjoni, jenħtieġ li japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għar-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE.
Ir-regoli taħt dik id-Direttiva li jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
Taħt dawk ir-regoli, id-dritt ta' għoti jew ċaħda ta' awtorizzazzjoni bħala tali jibqa' intatt, u huwa biss l-eżerċizzju ta' dak id-dritt li huwa sa ċertu punt irregolat.
Id-detenturi tad-drittijiet jenħtieġ li jirċievu remunerazzjoni xierqa għar-ritrażmissjoni tax-xogħlijiet tagħhom u ta' materjal protett ieħor.
Meta jiġu ddeterminati termini ta' liċenzjar raġonevoli, inkluża t-tariffa tal-liċenzja, għal ritrażmissjoni f'konformità mad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li, fost l-oħrajn, jiġi kkunsidrat il-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati, inkluż il-valur allokat għall-mezzi ta' ritrażmissjoni.
Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju kollettiv tad-dritt tal-ħlas ta' remunerazzjoni unika u ekwa għall-artisti u l-produtturi ta' fonogrammi għall-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' fonogrammi kummerċjali kif previst fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE u d-Direttiva 2014/26/UE, b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet tagħhali għandhomx'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
- = -
(23) Sabiex tkun evitata ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini permezz tal-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi anċillari online kif ukoll għall-aċċess għal jew għall-użu ta' dak is-servizz, huwa meħtieġ li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b'perjodu tranżitorju.
Matul dak il-perjodu transitorju, il-prinċipju jenħtieġ li ma japplikax għal dawk il-ftehimiet eżistenti, sabiex b'hekk jingħata l-ħin biex jiġu adattati, fejn huwa neċessarju, skont din id-Direttiva.
Huwa wkoll neċessarju li jiġi previst perjodu tranżitorju sabiex l-organizzazzjonijiet tax-xandir, id-distributuri tas-sinjali u d-detenturi tad-drittijiet jitħallew jadattaw ir-regoli ġodda dwar l-isfruttar ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor permezz ta' injezzjoni diretta stabbiliti fid-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar it-trażmissjoni ta' programmi permezz ta' injezzjoni diretta.
- = -
(24) F'konformità mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li jsir rieżami ta' din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-injezzjoni diretta, wara li Direttiva tkun ilha fis-seħħ għal ċertu perjodu ta' żmien, biex jiġu vvalutati, inter alia, il-benefiċċji tagħha għall-konsumaturi tal-Unjoni, l-impatt tagħha fuq l-industriji kreattivi fl-Unjoni u fuq il-livell ta' investiment fil-kontenut il-ġdid, u b'hekk ukoll il-benefiċċji rigward diversità kulturali mtejba fl-Unjoni.
- = -