keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 3 Estrazzjoni tat-test u tad-data għal skopijiet ta' riċerka xjentifika
- 1 Artikolu 8 L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
- 1 Artikolu 11 Djalogu tal-partijiet ikkonċernati
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
TITOLU III
MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT
KAPITOLU 1
Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
KAPITOLU 4
Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku
TITOLU IV
MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW
KAPITOLU 1
Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet
KAPITOLU 2
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
KAPITOLU 3
Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ieħor 19
- materjal 18
- għandhom 14
- xogħlijiet 12
- tad-drittijiet 11
- kollettiv 9
- membri 9
- tal-wirt 7
- kulturali 7
- l-artikolu 7
- fis-suq 7
- jipprevedu 7
- l-istati 7
- mmaniġġjar 7
- mhumiex 6
- għal 6
- jiġi 6
- fil-paragrafu 6
- minn 6
- raġonevoli 5
- huma 5
- terz 5
- biex 5
- //ke 5
- tad-direttiva 5
- jekk 5
- mhux 4
- meta 4
- organizzazzjoni 4
- ix-xogħlijiet 4
- riċerka 4
- tagħhom 4
- previsti 4
- disponibbli 4
- pajjiż 4
- wara 4
- skont 4
- jkun 3
- kwalunkwe 3
- lid-detenturi 3
- fejn 3
- għandhomx 3
- huwa 3
- rilevanti 3
- lill-istituzzjonijiet 3
- kollha 3
- kummerċjali 3
- speċifiċi 3
- artikolu 3
- jistgħu 3
Artikolu 3
Estrazzjoni tat-test u tad-data għal skopijiet ta' riċerka xjentifika
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva għar-riproduzzjonijiet u estrazzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet ta' riċerka u istituzzjonijiet tal-wirt kulturali sabiex iwettqu, għall-fini tar-riċerka xjentifika, estrazzjoni tat-test u tad-data ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalih għandhom aċċess legali.
2. Kopji ta' xogħlijiet jew materjal ieħor magħmulin f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinħażnu b'livell xieraq ta' sigurtà u jistgħu jinżammu għall-finijiet ta' riċerka xjentifika, inkluż għall-verifika tar-riżultati tar-riċerka.
3. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitħallew japplikaw miżuri biex tkun żgurata s-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u l-bażijiet tad-data fejn huma ospitati ix-xogħlijiet jew materjal ieħor. Dawn il-miżuri m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.
4. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' riċerka u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali biex jiddefinixxi l-aqwa prassi miftiehma dwar l-applikazzjoni tal-obbligu u tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament.
Artikolu 8
L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq minn istituzzjonijiet tal-wirt kulturali
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li meta organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'konformità mal-mandati tagħha mid-detenturi tad-drittijiet, tista' tikkonkludi liċenzja mhux esklużiva għal skopijiet mhux kummerċjali ma' istituzzjoni tal-wirt kulturali għar-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-disponibbiltà tal-pubbliku ta' xogħlijiet li mhumiex fis-suq jew materjal ieħor li jkunu permanentement fil-kollezzjoni tal-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk id-detenturi tad-drittijiet kollha koperti mil-liċenzja ikunux taw mandat lill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, bil-kundizzjoni li:
(a) | l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, abbażi ta' mandati tagħha, li jirrappreżentaw b'mod suffiċjenti lid-detenturi tad-drittijiet fit-tip rilevanti ta' xogħlijiet jew materjal ieħor u tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-liċenzja; u |
(b) | id-detenturi tad-drittijiet kollha huma ggarantiti trattament ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mat-termini tal-liċenzja. |
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a) (b), (d) u (e) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE, u l-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva, bil-għan li jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jagħmlu, għal skopijiet mhux kummerċjali, xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq u li jinsabu fil-kollezzjonijiet tagħhom disponibbli, bil-kundizzjoni li:
(a) | jiġi indikat l-isem tal-awtur jew kwalunkwe detentur tad-dritt identifikabbli ieħor, sakemm dan ma jinstabx li jkun impossibbli; u |
(b) | dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor huma disponibbli fuq siti web mhux kummerċjali. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2 japplikaw biss għal tipi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li għalihom ma teżisti l-ebda organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-detenturi tad-drittijiet kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, b'mod faċli u effikaċi, jeskludu x-xogħlijiet jew materjal ieħor tagħhom mill-mekkaniżmu ta' liċenzjar stabbilit fil-paragrafu 1 jew mill-applikazzjoni tal-eċċezzjoni jew tal-limitazzjoni previsti fil-paragrafu 2, jew b'mod ġenerali jew f'każijiet speċifiċi, fosthom wara l-konklużjoni ta' liċenzja jew wara l-bidu tal-użu kkonċernat.
5. Xogħol jew materjal ieħor għandhom jitqiesu li mhumiex fis-suq meta ikun jista' jiġi preżunt in bona fede li x-xogħol jew materjal ieħor sħaħ ma jkunux disponibbli għall-pubbliku permezz tal-mezzi tas-soltu tal-kummerċ, wara li jkun sar sforz raġonevoli biex jiġi ddeterminat jekk huwiex disponibbli għall-pubbliku.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rekwiżiti speċifiċi, bħad-data tal-iskadenza, biex jiddeterminaw jekk ix-xogħlijiet u materjal ieħor jistgħux jiġu lliċenzjati skont il-paragrafu 1 jew jekk jintużawx skont l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni prevista fil-paragrafu 2. Tali rekwiżiti m'għandhomx jestendu lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u raġonevoli, u m'għandhomx jipprekludu li jkun jista' jiġi ddeterminat li sett ta' xogħlijiet jew materjal ieħor bħala entità sħiħa mhuwiex fis-suq, meta huwa raġonevoli li jiġi preżunt li x-xogħlijiet jew materjal ieħor mhumiex fis-suq.
6. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-liċenzji imsemmija fil-paragrafu 1 jitfittxu minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li hija rappreżentattiva tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-istituzzjoni tal-wirt kulturali.
7. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal settijiet ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq jekk, abbażi tal-isforz raġonevoli msemmi fil-paragrafu 5, ikun hemm evidenza li tali settijiet jikkonsistu l-aktar f':
(a) | xogħlijiet jew materjal ieħor, ħlief għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi, li ġew ippubblikati għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' pubblikazzjoni, li xxandar għall-ewwel darba f'pajjiż terz; |
(b) | xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi, li l-produtturi tagħhom għandhom il-kwartieri ġenerali jew ir-residenza abitwali tagħhom f'pajjiż terz; jew |
(c) | ix-xogħlijiet jew materjal ieħor ta' ċittadini ta' pajjiż terz, meta wara sforz raġonevoli l-ebda Stat Membru jew pajjiż terz ma setgħa jiġi determinat skont il-punti (a) u (b). |
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, dan l-Artikolu għandu japplika fejn l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun rappreżentattiva biżżejjed fis-sens tat-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1, tad-detenturi tad-dritt tal-pajjiż terz rilevanti.
Artikolu 11
Djalogu tal-partijiet ikkonċernati
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali f'kull settur qabel ma jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi skont l-Artikolu 8(5), u għandhom iħeġġu djalogu regolari bejn l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, u kwalunkwe organizzazzjoni ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, fuq bażi speċifika għas-settur, bil-għan li jrawmu r-rilevanza u l-utilità tal-mekkaniżmi ta' liċenzjar stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u biex jiżguraw li s-salvagwardji għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu huma effettivi.
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
whereas