keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 22 Dritt ta' revoka
- 1 Artikolu 23 Dispożizzjonijiet komuni
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
TITOLU III
MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT
KAPITOLU 1
Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
KAPITOLU 4
Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku
TITOLU IV
MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW
KAPITOLU 1
Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet
KAPITOLU 2
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
KAPITOLU 3
Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- membri 8
- jistgħu 8
- materjal 6
- revoka 6
- ieħor 6
- l-istati 5
- ikun 5
- jipprevedu 5
- għandhom 4
- l-artist 4
- l-awtur 4
- tad-drittijiet 4
- it-trasferiment 3
- fejn 3
- tkun 3
- biss 3
- awturi 3
- xogħol 3
- jekk 3
- wara 3
- artist 3
- awtur 3
- l-istati 3
- differenti 2
- żmien 2
- xogħlijiet 2
- infurzabbli 2
- japplika 2
- artikolu 2
- individwali 2
- jista 2
- minn 2
- kuntrattwali 2
- dispożizzjoni 2
- artisti 2
- l-artisti 2
- mill-applikazzjoni 2
- tal-mekkaniżmu 2
- dawn 2
- trasferiti 2
- skadenza 2
- protett 2
- prevista 2
- il-liċenzja 2
- minflok 2
- tal-kuntratt 2
- sfruttament 2
- l-esklużività 2
- liċenzjati 2
- d-drittijiet 2
Artikolu 22
Dritt ta' revoka
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtur jew artist ikun illiċenzja jew ittrasferixxa d-drittijiet tiegħu f'xogħol jew materjal protett ieħor fuq bażi esklużiva, l-awtur jew l-artist jistgħu jirrevokaw kompletament jew parzjalment il-liċenzja jew it-trasferiment ta' drittijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' sfruttament tax-xogħol jew ta' materjal protett ieħor.
2. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mekkaniżmu ta' revoka previst fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu previsti mil-liġi nazzjonali b'kont meħud ta' dawn li ġejjin:
(a) | l-ispeċifiċitajiet tas-setturi differenti u t-tipi differenti ta' xogħlijiet u spettakli; u |
(b) | fejn xogħol jew materjal ieħor ikun fih il-kontribut ta' aktar minn awtur jew artist wieħed, l-importanza relattiva tal-kontributi individwali u l-interessi leġittimi tal-awturi u l-artisti kollha affettwati mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka min-naħa ta' awtur jew artist individwali. |
L-Istati Membri jistgħu jeskludu xogħlijiet jew materjal ieħor mill-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' revoka jekk dawn ix-xogħlijiet jew materjal ieħor normalment ikun fihom kontributi minn diversi awturi jew artisti.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-mekkaniżmu ta' revoka jista' japplika biss f'perijodu ta' żmien speċifiku, fejn tali restrizzjoni tkun debitament ġustifikata mill-ispeċifiċitajiet tas-settur, jew tat-tip ta' xogħol jew ta' materjal ieħor ikkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awturi jew artisti jistgħu jagħżlu li jtemmu l-esklużività tal-kuntratt minflok jirrevokaw il-liċenzja jew it-trasferiment tad-drittijiet.
3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li r-revoka prevista mill-paragrafu 1 tista' tiġi eżerċitata biss wara żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-liċenzja jew tat-trasferiment tad-drittijiet. L-awtur jew l-artist għandu jinnotifika lill-persuna li lilha ġew liċenzjati jew trasferiti d-drittijiet u jistabbilixxi data ta' skadenza xierqa sa meta għandu jsir l-isfruttament tad-drittijiet liċenzjati jew trasferiti. Wara l-għeluq ta' dik id-data ta' skadenza, l-awtur jew l-artist jista' jagħżel li jtemm l-esklużività tal-kuntratt minflok jirrevoka l-liċenzja jew it-trasferiment tad-drittijiet.
4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika jekk in-nuqqas ta' sfruttament ikun l-aktar minħabba ċirkostanzi li l-awtur jew l-artist jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jirrimedjaw.
5. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li kull dispożizzjoni kuntrattwali li tidderoga mill-mekkaniżmu ta' revoka prevista fil-paragrafu 1 hija infurzabbli biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim ta' negozjar kollettiv.
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet komuni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni kuntrattwali li tipprevjeni l-konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21m'għandhiex tkun infurzabbli b'rabta mal-awturi u l-artisti.
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-Artikoli 18 sa 22 ta' din id-Direttiva ma japplikawx għal awturi ta' programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/24/KE.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
whereas