search


keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0790 MT cercato: 'fl-istat' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index fl-istat:

    TITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    TITOLU II
    MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.

    TITOLU III
    MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT

    KAPITOLU 1
    Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq

    KAPITOLU 2
    Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv

    KAPITOLU 3
    L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom

    KAPITOLU 4
    Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku

    TITOLU IV
    MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW

    KAPITOLU 1
    Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet

    KAPITOLU 2
    Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online

    KAPITOLU 3
    Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti

    TITOLU V
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas fl-istat:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 289

 

Artikolu 5

L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor f'attivitajiet ta' tagħlim diġitali u transfruntier

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-drittijiet previsti mill-Artikolu 5(a), (b), (d) u (e) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 96/9/KE, l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/24/KE u l-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva sabiex jippermettu l-użu diġitali ta' xogħlijiet u materjal ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim, sa fejn ikun ġustifikat li jintlaħaq mill-iskop mhux kummerċjali, bil-kundizzjoni li tali l-użu:

(a)

isir fi taħt ir-responsabbiltà ta' stabbiliment edukattiv, fil-binjiet tiegħu jew f'postijiet oħra, jew permezz ta' netwerk elettroniku sigur, aċċessibbli biss mill-istabbilimenti edukattivi tal-istudenti u l-għalliema; u

(b)

ikun akkumpanjat bl-indikazzjoni tas-sors, inkluż l-isem tal-awtur, sakemm dan ma jkunx sar impossibbli.

2.   Minkejja l-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni adottata skont il-paragrafu 1 ma tapplikax jew ma tapplikax fir-rigward ta' użi jew tipi speċifiċi ta' xogħlijiet jew materjal ieħor, bħal materjal li huwa prinċipalment maħsub għas-suq tal-edukazzjoni jew partituri, sal-punt li liċenzji adegwati li jawtorizzaw l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jkopru l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti edukattivi ikunu disponibbli faċilment fis-suq.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-liċenzji li jawtorizzaw l-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huma disponibbli u viżibbli b'mod adatt għall-istabbilimenti edukattivi.

3.   L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor għall-iskop uniku ta' illustrazzjoni għat-tagħlim permezz ta' ambjenti elettroniċi sikuri li jkunu ttieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jseħħu biss fl-istat Membru fejn huwa stabbilit l-istabbiliment edukattiv.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kumpens ġust għad-detenturi tad-drittijiet għall-użu tax-xogħlijiet jew ta' materjal ieħor protetti tagħhom skont il-paragrafu 1.

Artikolu 9

Każijiet transfruntiera

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji mogħtija f'konformità mal-Artikolu 8 jistgħu jippermettu l-użu ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li mhumiex fis-suq min-naħa tal-istituzzjoni tal-wirt kulturali fi kwalunkwe Stat Membru.

2.   L-użu ta' xogħlijiet u materjal ieħor skont l-eċċezzjoni jew il-limitazzjoni prevista fl-Artikolu 8(2) għandu jitqies li jseħħ biss fl-istat Membru fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni tal-wirt kulturali li tkun qed tagħmel użu minnu.

Artikolu 10

Miżuri ta' pubbliċità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jew l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għall-iskopijiet ta' identifikazzjoni ta' xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq koperti minn liċenzja mogħtija skont l-Artikolu 8(1), jew użati taħt l-eċċezzjoni jew limitazzjoni previsti fl-Artikolu 8(2), kif ukoll l-informazzjoni dwar il-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 8(4), u, malli tkun disponibbli u fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar il-partijiet għal-liċenzja, it-territorji koperti u l-użi, tkun permanentement, faċilment u effettivament disponibbli f'portal pubbliku online wieħed minn tal-anqas sitt xhur qabel ma x-xogħlijiet u materjal ieħor jiġu distribwiti, ikkomunikati lill-pubbliku jew magħmula disponibbli lill-pubbliku f'konformità mal-liċenzja jew taħt eċċezzjoni jew limitazzjoni.

Il-portal għandu jiġi stabbilit u amministrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, jekk meħtieġ għas-sensibilizzazzjoni ġenerali tad-detenturi tad-drittijiet, jittieħdu miżuri ta' pubbliċità xierqa addizzjonali rigward il-kapaċità għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li jilliċenzjaw xogħlijiet jew materjal ieħor skont l-Artikolu 8, il-liċenzji mogħtija, l-użi skont l-eċċezzjoni jew limitazzjoni previsti mill-Artikolu 8(2) u l-għażliet disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet kif imsemmija fl-Artikolu 8(4).

Il-miżuri ta' pubbliċità xierqa msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jittieħdu fl-istat Membru fejn tintalab il-liċenzja skont l-Artikolu 8(1) jew, għal użi taħt l-eċċezzjoni jew limitazzjoni previsti fl-Artikolu 8(2), fl-istat Membru fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni tal-wirt kulturali. Jekk ikun hemm evidenza, bħall-oriġini tax-xogħlijiet jew materjal ieħor, li tissuġġerixxi li s-sensibilizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tista' ssir b'mod aktar effiċjenti fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi, tali miżuri ta' pubbliċità għandhom ikopru wkoll lil dawk l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Artikolu 16

Talbiet għal kumpens ġust

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-awtur ikun ittrasferixxa jew illiċenzja d-dritt lil pubblikatur, tali trasferiment jew liċenzja jikkostitwixxu bażi ġuridika suffiċjenti biex il-pubblikatur ikun intitolat għal sehem mill-kumpens għall-użu tax-xogħlijiet li saru skont eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt trasferit jew liċenzjat.

L-ewwel paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti eżistenti u futuri fl-istati Membri f'dak li jikkonċerna d-drittijiet ta' self pubbliku.

KAPITOLU 2

Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online


whereas









keyboard_arrow_down