search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT Art. 16 . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index :


whereas :


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 143

 

Artikolu 16

Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni

1.   Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.

Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.

2.   Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:

(a)

ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant;

(b)

ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant;

(c)

ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew

(d)

ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

4.   Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.

Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.

5.   Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.


whereas









keyboard_arrow_down