keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2019/2161 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2019/2161 MT cercato: 'jkollhom' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- ta’ 24
- membri 17
- għandhom 17
- fejn 13
- dwar 12
- penali 12
- l-artikolu 11
- kwalunkwe 10
- imposti 8
- jiġu 8
- l-istati 8
- multi 8
- disponibbli 7
- skont 7
- fornitur 7
- ġej: 7
- ksur 6
- huwa 6
- għandu 6
- l-istati 6
- huma 6
- jiżguraw 6
- b’dan 6
- permezz 5
- għal 5
- biex 5
- tal-kummerċjant 5
- jkun 5
- sostitwit 4
- novembru 4
- iżda 4
- jekk 4
- rilevanti 4
- mġarrab 4
- sat- 4
- informazzjoni 4
- tkun 4
- ewropew 4
- jkollhom 4
- applikabbli 4
- l-ammont 4
- nazzjonali 4
- massimu 4
- id-direttiva 4
- l-miżuri 4
- l-indirizz 4
- tal-inqas 4
- annwali 4
- ikunu 4
- l-possibbiltà 4
“Artikolu 8b
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fil-liġi nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew konstatati bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
(a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; |
(c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur; |
(d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; |
(e) | penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); |
(f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.
5. Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.
6. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
“Artikolu 11a
Rimedju
1. Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiċi kummerċjali żleali għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra.
2. Dawk ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.”;
(6) | l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 24 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. 4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni. 5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. (*8) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”;" |
(14) | fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 16, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sat-28 ta’ Novembru 2021, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”; |
(15) | l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 6
Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami
Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward:
(a) | avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u |
(b) | każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti. |
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.
whereas