search


keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2019/2161 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13

2019/2161 MT cercato: 'novembru' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index novembru:


whereas novembru:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 556

 

“Artikolu 8b

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fil-liġi nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew konstatati bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

5.   Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

6.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

“Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

(*2)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."

“Artikolu 13

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transkonfinali fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:

(a)

ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; u

(b)

l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerjċali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a).

4.   Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

(*4)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."

(7)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“11a.

Fejn il-kummerċjant jipprovdi riżultati tat-tiftix b’rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma juri b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”;

(b)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“23a.

Fejn il-kummerċjant ibigħ mill-ġdid biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti.

23b.

Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi.

23c.

Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-midja soċjali, sabiex jippromwovi prodotti.”.

“Artikolu 24

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

4.   Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

5.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

(*8)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”;"

(14)

fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 16, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sat-28 ta’ novembru 2021, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

(15)

l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti A hija emendata kif ġej:

(i)

it-tielet paragrafu taħt “Dritt ta’ reċess” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża, iżda din mhijiex obbligatorja. [3]”;

(ii)

il-punt 2 taħt “Istruzzjonijiet biex timla l-formola” jinbidel b’dan li ġej:

“[2.] Daħħal ismek, l-indirizz ġeografiku tiegħek, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.”;

(b)

fil-parti B, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Lil [hawnhekk, l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant jiddaħħlu mill-kummerċjant]:”.

Artikolu 6

Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami

Sat-28 ta’ novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward:

(a)

avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u

(b)

każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti.

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.   Sat-28 ta’ novembru 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-28 ta’ Mejju 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ novembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ novembru 2019.

(3)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(4)  Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

(5)  Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(6)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(7)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

(8)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(9)  Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).

(10)  Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(11)  Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

(12)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(13)  Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).

(14)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(15)  Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(16)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.)

(17)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(18)  Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).


whereas









keyboard_arrow_down