keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2019/2161 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2019/2161 MT cercato: 'fornitur' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- ta’ 129
- ġej: 50
- diġitali 45
- huwa 38
- fejn 32
- għal 27
- b’dan 23
- kwalunkwe 22
- l-artikolu 21
- minn 20
- il-paragrafu 19
- sostitwit 19
- dwar 18
- il-kummerċjant 18
- membri 18
- reċess 16
- għandu 16
- il-punt 16
- lill-konsumatur 15
- għandhom 15
- kummerċjant 14
- emendat 14
- tfisser 14
- kontenut 14
- online 14
- tkun 13
- servizzi 13
- applikabbli 12
- jkun 11
- fil-punt 11
- kuntratti 11
- fl-artikolu 11
- mill-kummerċjant 11
- tal-konsumatur 11
- tal-artikolu 10
- oġġetti 10
- servizz 10
- b’mod 10
- huma 10
- ikun 10
- jiġu 10
- jekk 10
- ewropew 9
- tal-parlament 9
- id-direttiva 9
- skont 9
- il-konsumatur 9
- mhux 8
- oħra 8
- jiddaħħal 8
“Artikolu 8b
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fil-liġi nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew konstatati bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
(a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; |
(c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur; |
(d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; |
(e) | penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); |
(f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.
5. Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.
6. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE
Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej:
(1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
(2) | fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “5. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonaliorganizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”; |
(3) | fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:
|
(4) | l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: Artikolu 4 Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej:
|