(5) L-evoluzzjoni teknoloġika wasslet għal suq akbar għal oġġetti li jinkorporaw jew li huma interkonnessi ma’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali.
minħabba l-għadd dejjem akbar ta’ apparat bħal dan u l-pass mgħaġġel li bih qed jiżdied l-użu tiegħu min-naħa tal-konsumaturi, hemm bżonn azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-bejgħ ta’ tali prodotti. Żieda fiċ-ċertezza legali tgħin sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u l-bejjiegħa.
- = -
(48) Fir-rigward li l-oġġetti jinġiebu f’konformità jenħtieġ li l-konsumatur igawdi minn għażla bejn tiswija jew sostituzzjoni.
Il-fatt li l-konsumaturi jkunu jistgħu jitolbu tiswija għandu jinkoraġġixxi konsum sostenibbli u jista’ jikkontribwixxi għal durabbiltà akbar tal-prodotti.
L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni jenħtieġ li tkun limitata biss fejn l-opzjoni magħżula tkun legalment jew fattwalment impossibbli jew, timponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ, meta mqabbla mal-opzjoni l-oħra disponibbli.
Pereżempju, jista’ jkun sproporzjonat li titlob is-sostituzzjoni ta’ oġġetti minħabba barxa żgħira, meta tali sostituzzjoni toħloq spejjeż sinifikanti u, l-barxa tista’ tissewwa faċilment.
- = -
(52) F’ċerti sitwazzjonijiet, jista’ jkun ġustifikat li l-konsumatur ikun intitolat għal roħs fil-prezz jew għat-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt.
Meta l-bejjiegħ ikun ħa azzjoni biex iġib l-oġġetti f’konformità iżda sussegwentement ikun evidenti li hemm nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jiġi determinat b’mod oġġettiv jekk il-konsumatur jenħtieġx li jaċċetta tentattivi oħra mill-bejjiegħ biex iġib l-oġġetti f’konformità, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ bħat-tip u l-valur tal-oġġetti u n-natura u s-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità.
B’mod partikolari, għal oġġetti għaljin jew kumplessi jista’ jkun ġustifikat li l-bejjiegħ jitħalla jerġa’ jipprova jsib rimedju għan-nuqqas ta’ konformità.
Jenħtieġ li jitqies ukoll jekk il-konsumatur jistax ikun mistenni li jibqa’ fiduċjuż fil-ħila tal-bejjiegħ li jġib l-oġġetti f’konformità jew le, pereżempju minħabba li l-istess problema tidher darbtejn.
Bl-istess mod, f’ċerti sitwazzjonijiet in-nuqqas ta’ konformità jista’ jkun ta’ natura tant serja li l-konsumatur ma jkunx jista’ jibqa’ fiduċjuż fil-ħila tal-bejjiegħ li jġib l-oġġetti f’konformità, bħal fejn in-nuqqas ta’ konformità jaffettwa b’mod gravi l-ħila tal-konsumatur li jagħmel użu normali mill-oġġetti u l-konsumatur ma jistax ikun mistenni li jkollu fiduċja li t-tiswija jew it-tibdil min-naħa tal-bejjiegħ ikunu se jsolvu l-problema.
- = -
(59) Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ konformità, din id-Direttiva jenħtieġ li tippreskrivi regoli biss dwar l-effetti prinċipali tad-dritt ta’ terminazzjoni u l-modalitajiet għal dak id-dritt, b’mod partikolari l-obbligu li l-partijiet jirritornaw lura dak li jkunu rċevew.
Għalhekk, il-bejjiegħ jenħtieġ li jkun obbligat li jħallas lura l-prezz li jkun irċieva mingħand il-konsumatur u l-konsumatur jenħtieġ li jirritorna l-oġġetti.
- = -
(70) minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern billi tindirizza b’mod konsistenti l-ostakli marbutin mal-liġi dwar il-kuntratti għall-bejgħ transfruntier ta’ oġġetti fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-fatt li kull Stat Membru individwalment mhuwiex f’pożizzjoni li jindirizza l-qafas legali frammentat eżistenti billi jiżgura l-koerenza tal-liġi tiegħu mal-liġijiet tal-Istati Membri l-oħra, iżda jista’, billi jitneħħew l-ostakli prinċipali relatati mad-dritt tal-kuntratti permezz ta’ armonizzazzjoni sħiħa jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
- = -