keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 26
- għal 10
- membri 10
- għandhom 9
- l-istati 7
- diġitali 7
- minn 7
- żmien 6
- id-direttiva 6
- nuqqas 5
- konformità 5
- dawk 5
- ruħu 5
- kwalunkwe 5
- jimmanifesta 5
- limitazzjoni 5
- responsabbli 5
- perjodu 5
- il-paragrafi 4
- fl-artikolu 4
- is-servizz 4
- jistgħu 4
- stabbiliti 4
- għandu 4
- skont 4
- sentejn 3
- fil-perjodu 3
- oġġetti 3
- b’elementi 3
- wkoll 3
- il-bejjiegħ 3
- il-kuntratt 3
- jkun 3
- artikolu 3
- jiżguraw 3
- nazzjonali 3
- tal-kontenut 3
- għandhomx 3
- il-miżuri 3
- jadottaw 3
- jintroduċu 3
- l-artikolu 3
- jannar 2
- meta 2
- jippermetti 2
- jinkludu 2
- livell 2
- jseħħ 2
- ir-referenza 2
- jiġu 2
Artikolu 4
Livell ta’ armonizzazzjoni
L-Istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.
Artikolu 10
Responsabbiltà tal-bejjiegħ
1. Il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità eżistenti mal-konsenja tal-oġġetti u li jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn minn dakinhar. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(3), dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.
2. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, li għalihom il-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli wkoll għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti b’elementi diġitali. Jekk il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa għal aktar minn sentejn, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fil-perjodu li matulu l-kontenut jew is-servizz diġitali jrid jiġi fornut skont il-kuntratt ta’ bejgħ.
3. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu limiti ta’ żmien itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
4. Jekk, skont il-liġi nazzjonali, ir-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 ikunu wkoll soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien imsemmi f’dawk il-paragrafi.
5. Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ limitazzjoni għar-rimedji previsti fl-Artikolu 13 biss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien indikat f’dawk il-paragrafi.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’każ ta’ oġġetti użati, il-bejjiegħ u l-konsumatur jistgħu jaqblu ma’ termini kuntrattwali jew ftehimiet b’perjodi ta’ responsabbiltà jew limitazzjoni iqsar minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, 2 u 5, sakemm tali perjodi iqsar ma għandhomx ikunu inqas minn sena.
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2022.
whereas