search


keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0771 MT cercato: 'l-istati' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti ta’ bejgħ bejn konsumatur u bejjiegħ.

2.   Kuntratti bejn konsumatur u bejjiegħ għall-provvista ta’ oġġetti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti għandhom jitqiesu wkoll bħala kuntratti ta’ bejgħ għall-iskop ta’ din id-Direttiva.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali. Madankollu, għandha tapplika għal kontenut jew servizzi diġitali li jkunu inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, fis-sens tal-punt (5)(b) tal-Artikolu 2, u li jiġu pprovduti mal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk tali kontenut jew servizz diġitali jkunx fornut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F’każ ta’ dubju dwar jekk il-provvista ta’ kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt tal-bejgħ.

4.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklużivament bħala trasportatur għall-kontenut diġitali; jew

(b)

kwalunkwe oġġett mibjugħ b’eżekuzzjoni jew bl-awtorità tal-liġi.

5.   l-istati jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kuntratti għall-bejgħ ta’:

(a)

oġġetti użata mibjugħa b’subbasta; u

(b)

annimali ħajjin.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a), għandha titqiegħed faċilment għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni ċara u komprensiva li d-drittijiet li joħorġu minn din id-Direttiva ma japplikawx.

6.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ kuntratt, dment li dawn ma jkunux regolati f’din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.

7.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà tal-istati Membri li jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku, jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jsir evidenti f’perjodu wara l-konsenja, li ma jaqbiżx it-30 jum. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’ għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali mhux speċifiċi għal kuntratti tal-konsumatur li jipprovdu rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta’ difetti li ma kinux jidhru fil-mument tal-għeluq tal-kuntratt tal-bejgħ.

Artikolu 4

Livell ta’ armonizzazzjoni

l-istati Membri ma għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, fosthom dispożizzjonijiet aktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprevedix mod ieħor.

Artikolu 9

Drittijiet ta’ partijiet terzi

Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta’ kwalunkwe dritt ta’ parti terza, b’mod partikolari drittijiet tal-proprjetà intellettwali, timpedixxi jew tillimita l-użu tal-oġġetti skont l-Artikoli 6 u 7, l-istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità previsti fl-Artikolu 13, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix in-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’każijiet bħal dawn.

Artikolu 10

Responsabbiltà tal-bejjiegħ

1.   Il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli lejn il-konsumatur għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità eżistenti mal-konsenja tal-oġġetti u li jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn minn dakinhar. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(3), dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.

2.   F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, li għalihom il-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli wkoll għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fi żmien sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti b’elementi diġitali. Jekk il-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa għal aktar minn sentejn, il-bejjiegħ għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità tal-kontenut jew is-servizz diġitali li jseħħ jew jimmanifesta ruħu fil-perjodu li matulu l-kontenut jew is-servizz diġitali jrid jiġi fornut skont il-kuntratt ta’ bejgħ.

3.   l-istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu limiti ta’ żmien itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Jekk, skont il-liġi nazzjonali, ir-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 ikunu wkoll soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni, l-istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien imsemmi f’dawk il-paragrafi.

5.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ limitazzjoni għar-rimedji previsti fl-Artikolu 13 biss. l-istati Membri għandhom jiżguraw li tali perjodu ta’ limitazzjoni jippermetti lill-konsumatur jeżerċita r-rimedji stabbiliti fl-Artikolu 13 għal kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li l-bejjiegħ ikun responsabbli għalih skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u li jimmanifesta ruħu fil-perjodu ta’ żmien indikat f’dawk il-paragrafi.

6.   l-istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’każ ta’ oġġetti użati, il-bejjiegħ u l-konsumatur jistgħu jaqblu ma’ termini kuntrattwali jew ftehimiet b’perjodi ta’ responsabbiltà jew limitazzjoni iqsar minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, 2 u 5, sakemm tali perjodi iqsar ma għandhomx ikunu inqas minn sena.

Artikolu 11

Oneru tal-provi

1.   Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fi żmien sena mill-mument li fih ikunu ġew konsenjati l-oġġetti għandu jkun preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-konsenja, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor jew din il-preżunzjoni tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.

2.   Minflok il-perjodu ta’ sena stabbilit fil-paragrafu 1, l-istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti.

3.   F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx konformi fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandu jkun fuq il-bejjiegħ għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu imsemmi f’dak l-Artikolu.

Artikolu 12

Obbligu ta’ notifika

l-istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jistipulaw li, sabiex jibbenefika mid-drittijiet tal-konsumatur, il-konsumatur irid jinforma lill-bejjiegħ dwar nuqqas ta’ konformità f’perjodu ta’ mhux inqas minn xahrejn mid-data li fiha il-konsumatur jkun induna b’tali nuqqas ta’ konformità.

Artikolu 13

Rimedji għal nuqqas ta’ konformità

1.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-oġġetti miġjuba f’konformità jew li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, il-konsumatur jista’ jagħżel bejn tiswija u sostituzzjoni, sakemm ir-rimedju magħżul, ma jkunx impossibbli jew, meta mqabbel mar-rimedju l-ieħor, jimponi spejjeż sproporzjonati fuq il-bejjiegħ meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha, inklużi:

(a)

il-valur li l-oġġetti kien ikollhom kieku ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità;

(b)

is-sinifikat tan-nuqqas ta’ konformità; u

(c)

jekk ir-rimedju alternattiv jistax jiġi pprovdut mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

3.   Il-bejjiegħ jista’ jirrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità jekk it-tiswija u s-sostituzzjoni jkunu impossibbli jew jimponu spejjeż sproporzjonati fuqu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha inklużi dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

4.   Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt għal tnaqqis proporzjonat fil-prezz f’konformità mal-Artikolu 15 jew għat-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’konformità mal-Artikolu 16 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-bejjiegħ ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni jew, jekk applikabbli, ma jkunx lesta t-tiswija jew is-sostituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) u (3), jew il-bejjiegħ ikun irrifjuta li jġib l-oġġetti f’konformità skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

jitfaċċa nuqqas ta’ konformità minkejja li l-bejjiegħ ikun ipprova jġib l-oġġetti f’konformità;

(c)

in-nuqqas ta’ konformità tant ikun ta’ natura serja li jiġġustifika tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ; jew

(d)

il-bejjiegħ ikun iddikjara, jew ikun ċar miċ-ċirkustanzi, li l-bejjiegħ ma jkunx se jġib l-oġġetti f’konformità fi żmien raġonevoli, jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

5.   Il-konsumatur ma għandux ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun biss wieħed minuri. Il-bejjiegħ għandu jkollu l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx wieħed minuri.

6.   Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li ma jħallas l-ebda parti pendenti mill-prezz jew biċċa minnu sakemm il-bejjiegħ ikun issodisfa l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva. l-istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet biex il-konsumatur jeżerċita d-dritt li jżomm il-pagament.

7.   l-istati Membri jistgħu jirregolaw jekk u kemm il-kontribut tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità jaffettwax id-dritt tal-konsumatur għal rimedju.

Artikolu 16

Terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ

1.   Il-konsumatur għandu jeżerċita d-dritt li jittermina l-kuntratt tal-bejgħ permezz ta’ dikjarazzjoni lill-bejjiegħ li fiha jesprimi d-deċiżjoni tiegħu li jittermina l-kuntratt tal-bejgħ.

2.   Meta n-nuqqas ta’ konformità jkun jirrigwarda biss xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati skont il-kuntratt tal-bejgħ u jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ skont l-Artikolu 13, il-konsumatur jista’ jittermina l-kuntratt tal-bejgħ biss b’rabta ma’ dawk l-oġġetti u b’rabta ma’ kwalunkwe oġġett ieħor li l-konsumatur ikun akkwista flimkien mal-oġġetti mhux konformi jekk il-konsumatur ma jistax ikun raġonevolment mistenni jaċċetta li jżomm biss l-oġġetti konformi.

3.   Meta l-konsumatur jittermina kuntratt tal-bejgħ sħiħ jew, skont il-paragrafu 2, fir-rigward ta’ xi wħud mill-oġġetti kkonsenjati taħt il-kuntratt tal-bejgħ:

(a)

il-konsumatur għandu jirritorna l-oġġetti lill-bejjiegħ bi spejjeż għal dan tal-aħħar; u

(b)

il-bejjiegħ għandu jrodd lura lill-konsumatur il-prezz imħallas għall-oġġetti meta jirċievi l-oġġetti jew l-evidenza pprovduta mill-konsumatur li jkun bagħat l-oġġetti lura.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-modalitajiet għar-ritorn u r-rimborż.

Artikolu 19

Infurzar

1.   l-istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:

(a)

korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumatur;

(c)

organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li tittieħed azzjoni.

Artikolu 20

Informazzjoni għall-konsumatur

l-istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tal-konsumaturi skont din id-Direttiva, u dwar il-mezzi biex jiġu infurzati dawk id-drittijiet.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-istati Membri.

l-istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 27

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2019.

(3)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(4)  Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(6)  Id- Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

(10)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 1999/44/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1

Artikolu 1(2) (a)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 1(2) (b), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(4)(b)

Artikolu 1(2) (b), it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 2, punt (5)(a)

Artikolu 1(2) (c)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 1(2) (d)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 1(2) (e)

Artikolu 2, punt (12)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2, punt (15) u l-Artikolu 3(5)(a)

Artikolu 1(4)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 5

Artikolu 2(2) (a)

Artikolu 6, punt (a) u l-Artikolu 7(1) (b)

Artikolu 2(2) (b)

Artikolu 6, punt (b)

Artikolu 2(2) (c)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 2(2) (d)

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 2(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 7(2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 8

Artikolu 3(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(1)(a)

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(1)(b) u (c)

Artikolu 3(4)

Artikolu 2, punt (14)

Artikolu 3(5)

Artikolu 13(4)

Artikolu 3(6)

Artikolu 13(5)

Artikolu 4

Artikolu 18

Artikolu 5(1)

Artikolu 10(1), (2), (3), (4) u (5)

Artikolu 5(2)

Artikolu 12

Artikolu 5(3)

Artikolu 11

Artikolu 6(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 17(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 17(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 17(3)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(1)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(6)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 3(6) u (7)

Artikolu 8(2)

Artikolu 4

Artikolu 9

Artikoli 19 u 20

Artikolu 10

Artikolu 22

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 24(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 24(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 12

Artikolu 25

Artikolu 13

Artikolu 26

Artikolu 14

Artikolu 27


whereas









keyboard_arrow_down