keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 19
- il-bejjiegħ 10
- ikun 8
- diġitali 6
- jista’ 5
- minn 5
- oġġetti 5
- tat-tranżazzjonijiet 5
- għandu 5
- applikabbli 5
- responsabbli 5
- il-konsumatur 5
- rimedji 4
- raġonevolment 4
- fil-katina 4
- ikunu 4
- għal 4
- tal-bejgħ 4
- nuqqas 4
- pubblika 4
- jekk 4
- konformità 4
- jfittex 4
- għall-konformità 3
- nazzjonali 3
- rilevanti 3
- kwalunkwe 3
- artikolu 3
- l-oġġetti 3
- tal-konsumatur 3
- tal-kuntratt 3
- l-bejjiegħ 3
- jistenna 3
- l-konsumatur 3
- ġie 3
- kienet 3
- meta 3
- jkun 3
- tal-aġġornament 3
- pprovduti 3
- tal-oġġetti 3
- jiġu 3
- jirriżulta 3
- f’ħoloq 3
- b’elementi 3
- fejn 3
- preċedenti 3
- kontriha 2
- minħabba 2
- ommissjoni 2
Artikolu 18
Dritt ta’ rimedju
Fejn il-bejjiegħ ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformità li jirriżulta minn att jew ommissjoni, inkluża l-ommissjoni li jiġu fornuti aġġornamenti għal oġġetti b’elementi diġitali kif previst mill-Artikolu 7(3), minn persuna f’ħoloq preċedenti fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-bejjiegħ għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-bejjiegħ jista’ jfittex rimedji, kif ukoll l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju rilevanti, għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 7
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità, l-oġġetti għandhom:
(a) | ikunu adattati għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip, b’kont meħud, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali eżistenti, ta’ kwalunkwe standard tekniku jew, fin-nuqqas ta’ tali standards tekniċi, il-kodiċi ta’ kondotta industrijali speċifiċi għas-settur applikabbli; |
(b) | fejn applikabbli, ikunu ta’ kwalità tal-kampjun jew il-mudell li l-bejjiegħ ikun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tiegħu; |
(c) | jekk applikabbli, jiġu pprovduti flimkien ma’ tali aċċessorji, li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħra, kif il-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkorrispondu għall-kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u karatteristiċi oħrajn, inkluż f’termini ta’ durabbiltà, funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà, normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f’ħoloq aktar preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar. |
2. Il-bejjiegħ ma għandux ikun marbut b’dikjarazzjonijiet pubbliċi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 jekk il-bejjiegħ juri li:
(a) | il-bejjiegħ ma kienx, u ma setax raġonevolment ikun, konxju tad-dikjarazzjoni pubblika inkwistjoni; |
(b) | sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni pubblika kienet ġiet korretta bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħal kif kienet saret; jew |
(c) | id-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni pubblika. |
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, il-bejjiegħ għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat bl-aġġornamenti u jiġi fornut bihom, inklużi l-aġġornamenti tas-sigurtà meħtieġa biex dawk l-oġġetti jinżammu f’konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li konsumatur jista’ raġonevolment jistenna, fid-dawl tat-tip u l-iskop tal-oġġetti u l-elementi diġitali, u b’kont meħud taċ-ċirkustanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi att ta’ provvista wieħed għall-kontenut jew is-servizz diġitali; jew |
(b) | indikat fl-Artikolu 10(2) jew (5), kif applikabbli, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi l-forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq tul ta’ żmien. |
4. Jekk il-konsumatur jonqos milli jinstalla l-aġġornamenti pprovduti f’konformità mal-paragrafu 3 fi żmien raġonevoli, il-bejjiegħ ma għandu jkun responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-bejjiegħ ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni ħażina mill-konsumatur tal-aġġornament ma kinux dovuti għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti lilu. |
5. Ma għandu jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 3 jekk, fil-mument meta jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, il-konsumatur ikun ġie infurmat b’mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-oġġetti kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 3 u l-konsumatur aċċetta dik id-devjazzjoni espliċitament u separatament fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 18
Dritt ta’ rimedju
Fejn il-bejjiegħ ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformità li jirriżulta minn att jew ommissjoni, inkluża l-ommissjoni li jiġu fornuti aġġornamenti għal oġġetti b’elementi diġitali kif previst mill-Artikolu 7(3), minn persuna f’ħoloq preċedenti fil-katina tat-tranżazzjonijiet, il-bejjiegħ għandu jkollu d-dritt li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina tat-tranżazzjonijiet. Il-persuna li kontriha l-bejjiegħ jista’ jfittex rimedji, kif ukoll l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju rilevanti, għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
whereas