(2) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi.
Biex jitgawdew bmod sħiħ il-benefiċċji tal-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa għalhekk importanti li l-impriżi jkunu jistgħu jafdaw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online li magħhom jidħlu frelazzjonijiet kummerċjali.
Dan huwa importanti l-iktar għaliex l-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta dawn l-utenti kummerċjali, b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta daqs medju (SMEs), fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi.
Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta dawk is-servizzi ta spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.
Pereżempju, bmod unilaterali, jistgħu jimponu prattiki fuq l-utenti kummerċjali li jitbiegħdu ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, jew imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust.
Dan ir-Regolament jindirizza tensjonijiet potenzjali bħal dawn fl-ekonomija tal-pjattaforma online.
- = -
(5) Barra minn hekk, in-natura tar-relazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tista twassal ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom l-utenti kummerċjali ta spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima.
Fħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi.
Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta medjaturi speċjalizzati u l-biża ta ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.
- = -
(25) Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi tagħhom.
Fdan ir-rigward, ir-rimunerazzjoni tista tirreferi għal ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta obbligi addizzjonali ta kwalunkwe tip li jista jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum.
Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.
L-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali, l-użu ta edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta dawk il-prodotti jew servizzi, l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar kif ukoll l-elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati bmod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online, jistgħu jkunu eżempji ta parametri prinċipali li, meta jiġu inklużi fdeskrizzjoni ġenerali tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, jenħtieġ li jgħinu lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ tal-funzjonament tiegħu.
- = -
(33) L-abbiltà ta aċċess għad-data, u tal-użu tagħha, inkluż tad-data personali, tista tippermetti l-ħolqien ta valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online, kemm bmod ġenerali kif ukoll għall-utenti kummerċjali u s-servizzi tal-intermedjazzjoni involuti.
Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-data, u l-użu tagħha.
Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-data attwali, jew ta kategoriji tad-data.
Madankollu, l-identifikazzjoni u l-aċċess għal kundizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta data attwali li tista tkun rilevanti ħafna għall-utenti kummerċjali jistgħu jiġu inklużi wkoll fid-deskrizzjoni.
Tali data tista tinkludi kklassifikar u riċensjonijiet akkumulati minn utenti kummerċjali dwar is-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Kollox ma kollox, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tippermetti l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-data biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-data minn parti terza.
- = -