search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'xierqa' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta applikazzjoni

1.   L-għan ta dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta rimedju effettiv.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, bkonformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni, bmod partikolari l-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fmaterji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

Artikolu 17

Kodiċijiet ta kondotta

1.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.

Artikolu 18

Rieżami

1.   Sat-13 ta’ Jannar 2022, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   L-ewwel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament għandha ssir, bmod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online;

(b)

il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c)

l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin;

(d)

l-investigazzjoni ta jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata fdan ir-rigward;

(e)

il-valutazzjoni tal-effett ta dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom;

(f)

il-valutazzjoni ta jekk il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu xjaqsam mad-definizzjoni ta "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju.

L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.


whereas









keyboard_arrow_down