(1) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku.
Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern.
Dawn jippermettu lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.
- = -
(25) Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi tagħhom.
Fdan ir-rigward, ir-rimunerazzjoni tista tirreferi għal ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta obbligi addizzjonali ta kwalunkwe tip li jista jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum.
Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.
L-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali, l-użu ta edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta dawk il-prodotti jew servizzi, l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar kif ukoll l-elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati bmod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online, jistgħu jkunu eżempji ta parametri prinċipali li, meta jiġu inklużi fdeskrizzjoni ġenerali tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, jenħtieġ li jgħinu lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ tal-funzjonament tiegħu.
- = -
(40) Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin.
Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom.
L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi.
Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali.
Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.
Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom.
F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin.
Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.
- = -