search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'tal-artikolu' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index tal-artikolu:


whereas tal-artikolu:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 445

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

"utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)

"servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)

"fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)

"magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)

"fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)

"utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

"ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)

"kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13);

(10)

"termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)

"prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)

"medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.   Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.   Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew

(b)

jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni;

(c)

jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.   Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 16

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha timmonitorja mill-qrib l-impatt ta dan ir-Regolament fuq ir-relazzjonijiet bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom u bejn il-magni tat-tiftix online u l-utenti tas-siti web korporattivi tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġbor informazzjoni rilevanti biex timmonitorja l-bidliet fdawn ir-relazzjonijiet, inkluż billi twettaq studji rilevanti. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni billi jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti miġbura inkluż dwar każijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista għall-finijiet ta dan l-Artikolu u tal-artikolu 18, tfittex li tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 17

Kodiċijiet ta kondotta

1.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-artikolu 5.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.


whereas









keyboard_arrow_down