search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'tal-unjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index tal-unjoni:


whereas tal-unjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 727

 

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta applikazzjoni

1.   L-għan ta dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta rimedju effettiv.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, bkonformità mal-liġi tal-unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-unjoni, bmod partikolari l-liġi tal-unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fmaterji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.   Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.   Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew

(b)

jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-unjoni;

(c)

jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.   Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra

1.   Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 12

Medjazzjoni

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.   Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu imparzjali u indipendenti;

(b)

is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d)

ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f)

ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.   Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.

5.   Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

6.   Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.

7.   L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 14

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.   L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.

3.   L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru;

(b)

ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta;

(c)

ikunu mingħajr skop ta qligħ;

(d)

it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online.

Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.

4.   Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:

(a)

organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(b)

korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4

li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.

6.   Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.

7.   Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.

8.   Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.

9.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta konoxxenza u ta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni ta persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(8)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta medjazzjoni fmaterji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).

(12)  Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta Jannar 2004 fuq il-kontroll ta konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).


whereas









keyboard_arrow_down