search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'evalwazzjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas evalwazzjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 391

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

"utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)

"servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)

"fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)

"magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)

"fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)

"utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

"ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)

"kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13);

(10)

"termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)

"prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)

"medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 18

Rieżami

1.   Sat-13 ta’ Jannar 2022, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   L-ewwel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament għandha ssir, bmod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online;

(b)

il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c)

l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin;

(d)

l-investigazzjoni ta jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata fdan ir-rigward;

(e)

il-valutazzjoni tal-effett ta dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom;

(f)

il-valutazzjoni ta jekk il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu xjaqsam mad-definizzjoni ta "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju.

L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.


whereas









keyboard_arrow_down