keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'tad-direttiva' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- kummerċjali 19
- online 19
- għal 17
- tal-intermedjazzjoni 17
- tas-servizzi 13
- kwalunkwe 13
- tfisser 13
- data 10
- servizzi 10
- lill-konsumaturi 8
- permezz 8
- huma 7
- jekk 7
- is-servizzi 7
- dawk 7
- l-utenti 6
- lill-utenti 6
- prodotti 5
- tat-tiftix 5
- persuna 5
- ġuridika 4
- oħra 4
- aċċess 4
- tad-direttiva 4
- informazzjoni 4
- kollha 4
- tipprovdi 4
- personali 4
- online" 4
- dawn 4
- tal-forniment 4
- tagħha 4
- tiegħu 4
- tagħhom 4
- toffri 4
- fiżika 4
- kundizzjonijiet 3
- għandux 3
- kategoriji 3
- liema 3
- flimkien 3
- ikkonċernati 3
- irrispettivament 3
- bejn 3
- tal-artikolu 3
- jippermetti 3
- id-data 3
- abbażi 3
- bliema 3
- l-utent 3
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(1) | "utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; |
(2) | "servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(3) | "fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali; |
(4) | "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; |
(5) | "magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub; |
(6) | "fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi; |
(7) | "utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; |
(8) | "ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni; |
(9) | "kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13); |
(10) | "termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv. |
(11) | "prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. |
(12) | "medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-direttiva 2008/52/KE; |
(13) | "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. |
Artikolu 9
Aċċess għad-data
1. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi.
2. Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq bmod partikolari dwar dawn li ġejjin:
(a) | jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; |
(b) | jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali brabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; |
(c) | minbarra l-punt (b), jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż fforma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; u |
(d) | jekk kwalunkwe data taħt il-punt (a) hijiex ipprovduta lil partijiet terzi, flimkien ma’, meta l-forniment ta tali data lil partijiet terzi ma jkunx meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, informazzjoni li tispeċifika l-għan ta tali kondiviżjoni tad-data, kif ukoll kwalunkwe possibbiltà li l-utenti kummerċjali jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data. |
3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-direttiva (UE) 2016/680 u tad-direttiva 2002/58/KE.
whereas